L-Iskoċċiżi jammettu li ngħataw penalti li ma kienx

Bosta kkritikaw lir-referi għad-deċiżjonijiet dubjużi li ħa tul il-logħba

Alfred Effiong jiċċelebra meta ġab il-gowl ta' draw
Alfred Effiong jiċċelebra meta ġab il-gowl ta' draw

Ir-riżultat tal-logħba tat-tim nazzjonali Malti li ntlagħbet ilbieraħ kien diżappuntanti, l-aktar meta wieħed jikkunsidra li sa tmiem l-ewwel taqsima, il-logħob kienet għadha miftuħa, b'logħob bilanċjat u ċansijiet ta' gowl għat-tim. Minkejja dan, waħda mill-iktar punti kontroversjali tal-logħba kienu d-diversi deċiżjonijiet dubjużi li ħa r-referi Ukren, Evgen Aranovskiy.

L-ewwel gowl li qala' t-tim Malti fit-tieni taqsima, wasal meta l-plejer internazzjonali Malti André Schembri kien għadu mal-art wara intervent li kellu ma' plejer Skoċċiż, u għal dan ir-referi ħalla l-logħob għaddej, bil-konsegwenza li Malta spiċċat b'gowl minn taħt.

Minkejja dan, l-iktar deċiżjoni li ħalliet nies fil-grawnd u anka minn wara t-televiżjoni kienet għadha ġejja. Fis-sittin minuta tal-logħba, ir-referi ta karta ħamra diretta lil Jonathan Caruana, u penalti lit-tim Skoċċiż wara li ħass li Caruana baqa' dieħel fil-plejer Skoċċiż. Dan wassal biex it-tim Malti kompla jilgħab bi plejer inqas, sakemm iktar tard fil-logħba tkeċċa wkoll il-plejer Luke Gambin.

Din id-deċiżjoni dehret ukoll dubjuża għall-Iskoċċiżi meta l-istazzjon Sky Sports tal-Iskozja qal kif din id-deċiżjoni tal-penalti ma kelliex tingħata, u t-tim Skoċċiż kien xortih tajba li ġara dan.

It-tweet maħruġa mill-istazzjon Sky tal-Iskozja
It-tweet maħruġa mill-istazzjon Sky tal-Iskozja

More in Sports