Żewġ rebħiet fl-isnooker għal Malta

Żewġ rebħiet għat-tim Malti fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet li qed isir ġewaa l-Eġittu

Żewġ rebħiet għat-tim Malti fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation
Żewġ rebħiet għat-tim Malti fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation

Illum tkompla l-loghob mill-Kampjonati Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation. 

Dawn il-Kampjonati qegħdin jintlagħbu ġewwa Sharm El Sheikh, fl-Egittu u jibqgħu sejrin sa nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju meta jintlaghbu l-Finali tat-tliet kategoriji, dawk tal-Irgiel, tan-Nisa u dawk tal-Masters.

Malta qiegħda tieħu sehem f’dawk tal-Irġiel permezz tat-tim kompost minn Brian Cini u Alex Borg li f’Ġunju li għadda rebħu l-Kampjonat Ewropew ġewwa l-Litwanja.

It-tim Malti kellu bidu tajjeb hafna f’dawn il-Kampjonati meta fl-ewwel żewġ logħbiet minn Grupp D huma kisbu żewġ rebħiet ta’ 5-0 u ta’ 3-2 kontra timijiet mill-Egittu. Huma jerggħu jkunu fl-azzjoni llejla fis-6.30pm meta jiltaqgħu kontra l-Afrika t’Isfel.

Sadanittant nhar l-Erbgha ingħata bidu għall-Kampjonat Mondjali tas-6 reds. Brian Cini huwa l-uniku plejer Malti f’dan il-Kampjonat u huwa wkoll kellu bidu tajjeb meta fl-ewwel logħoba tiegħu minn Grupp F huwa għeleb lill-plejer Ċiniz Yuan Sijun bil-punteġġ ta’4-1. Cini jerga’ jkun fl-azzjoni għada s-Sibt meta jiltaqa’ kontra l-plejer Egizzjan Basem Eltahhan. Din il-loghba tibda fin-12.30pm.

Il-partecipazzjoni tat-Tim Malti f’dawn il-Kampjonati qieghda tkun possibbli grazzi ghall-ghajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta.

More in Sports