Blatter u Platini sospiżi mill-Football għal 8 snin

Platini ingħata £1.35m bħala salarju ta' konsulent tal-presidenza

Sepp Blatter u Michel Platini ġew sospiżi mil-logħba tal-Football għal tmien snin. It-tnejn li huma ġew kastigati talli Platini irċieva salarju ta  £1.35m mingħand Blatter fi Frar tal-2011, bħala ħlas għal xogħol mhux uffiċċjali li għamel bħala konsulent  tal-president bejn l-1999 u l-2002. L-imħallfin tal-etika qalu li Blatter kiser l-kodiċi tal-etika tal-FIFA fuq konflitt ta' interess meta offra rigali u Platini kiser ir-regoli ta' kunflitt ta' interess u lejalta.

 

More in Sports