Valletta jegħlbu lil Pietà mingħajr ma jimpressjonaw
Valletta 2
Pietà 1
Valletta għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor ta’ 2-1, fejn iżda xejn ma impressjonaw.
Kienu l-Beltin li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-logħba eżattamemt fid-18-il minuta meta minn freekick ta’ Abdelkarim Nafti, il-ballun spiċċa f’saqajn id-difensur internazzjonali Steve Borg li għadda tajjeb lejn id-difensur l-ieħor Ian Azzopardi bix-xutt ta’ dan jiġi salvat parzjalment minn Miguel Montfort, bil-ballun jerġa’ jispiċċa f’saqajn l-eks plejer ta’ Sliema Wanderers li mill-viċin tefa’ għoli.
Kienu l-Hotspurs li ħolqu l-ewwel periklu fit-tieni taqsima hekk kif fit-52 minuta, freekick mogħti minn Claudio Frances fuq it-tieni lasta sab lil Leonardo Fortunato Dos Santos żmarkat, iżda d-daqqa ta’ras tiegħu kienet waħda ċentrali, bi Pietro Demetrio Marino isalva bla ebda diffikultà. Valletta rrispondew minuta biss wara u rnexxielhom isibu x-xibka meta l-Għawdxi Shaun Bajada qassam il-ballun fl-ispazju hekk kif ra l-ġirja ta’ Abdelakarim Nafti, bix-xutt fil-pront ta’ dan ikun wieħed preċiż u jegħleb lil Miguel Montfort għal kollox.
Fis-56 minuta, corner ta’ Abdelakrim Nafti sab lil Steve Borg, iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet maqlugħa minn fuq il-linja minn Gabriel Joao Da Silva. Il-Hotpurs irreaġixxew tajjeb u ftit sekondi awra ħarba tajba ta’ Luke Emmanuel Micallef għal ftit ma sarrfitx f’goal hekk kif dan kien kapaċi jegħleb il-pressjoni ta’ Jonathan Caruana kif ukoll lill-goalkeeper Pietro Demetrio Marino, iżda x-xutt tiegħu stampa mal-wieqfa qabel intemm barra.
Pietà Hotsours ġabu l-iscore indaqs fil-71 minuta meta wara indeċiżjoni tad-difensur internazzjonali Jonathan Caruana, Luke Emmanuel Micallef għadda tajjeb lejn il-player mill-Arġentina, Claudio Frances, li dar mal-goalkeeper Pietro Demetrio Marino u tefa’ f’lasta vojta. Iżda l-Hotspurs ma tantx damu jiċċelebraw hekk kif żewġ minuti biss wara Valletta reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Abdelakrim Nafti li avvanza tajjeb u għolla l-ballun minn fuq Miguel Montfort, biex b’hekk skorja doppjetta personali.
Valletta - Marino, Caruana, Camilleri, Barry, Hillary (Briffa 86’), Bajada, Cremona (Dimech 78’), Nafti, Borg, Azzopardi, Leeflang (Fenech 43’)
Pietà - Montfort, K. Micallef, Grech, Fortunato Dos Santos, Pisani, Joao Da Silva (Cesare 74’), Attrad, Rodrigues Da Silva (Ricardo Costa 15’), Nnaemeka Newuche (D. Agius 63’), 14 – L. E. Micallef, Frances
Referi - Fyodor Zammit
Abdelkarim Nafti
Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti
Twieled fit-3 ta’ Awwissu 1981fit-Tuneżija
Skorja doppjetta personali f’din il-logħba
Jilgħab f’nofs il-grawnd
Qabel ingħaqad ma’ Valletta, kien jilgħab ma’ Club Africain