Skwadra ġdida tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal
Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tal-futsal Mark Marlow, ħabbar liema huma l-plejers li se jagħmlu parti mill-iskwadra nazzjonali
Wasal il-mument li t-tim nazzjonali Malti tal-futsal, jipprepara għat-turnament internazzjonali fl-24 ta’ Novembru u għal-logħob ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew f’Jannar li ġej.
Għalhekk, il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tal-futsal Mark Marlow, ħabbar liema huma l-plejers li se jagħmlu parti mill-iskwadra nazzjonali.
It-tim nazzjonali se jkun kompost minn Matthew Mifsud, Cedric Sciberras, Melvin Borg u Kurt Bartolo ta’ Valletta, Matthew Xerxen, Nicholas Farrugia, Carlo Scicluna, Nicola Del Re, Glenn Bonello u Mark Zammit ta’ Balzan, Christian Wismayer, Daniel Brincat u Andrea Farrugia ta’ Naxxar, Jovica Milijic u Chris Cardona ta’ Ħamrun, Dale Camilleri ta’ Luxol, Malwan Telisi ta’ Qormi u Luke Stivala ta’ Gżira.