Ir-Regatta issa s-Sibt 11 ta’ April minħabba temp ħażin il-Ħadd

Id-data tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien reġgħet inbidlet. Issa mistennija ssir nhar is-Sibt 11 ta’ April.

Is-Sibt 11 ta’ April suppost tintemm r-regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ dis-sena. Dan tħabbar permezz ta’ post fuq Facebook minn Regatta Malta, li spjegat li minħabba tbassir tat-temp li jindika riħ qawwi għall-Ħadd 12 ta’ April, il-kumplament tar-regatta Jum il-Ħelsien 2026 se ssir nhar is-Sibt 11 ta’ April.

Il-ġimgħa li għaddiet, ir-regatta kienet diġà ġiet posposta minħabba temp ħażin, iżda l-organizzaturi issa ddeċidew li jressquha għal data aktar kmieni wara tbassir aġġornat li juri riħ qawwi għall-Ħadd.

L-ewwel tiġrija hija skedata li tibda fl-10am. L-organizzaturi jisperaw li fl-aħħar ikunu jistgħu jinkurunaw ir-rebbieħa tar-regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena.

 

More in Lokali