Michelle Marcolini se jkun il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti

Marcolini li għandu 47 sena kien jilgħab ma numru ta' klabbs fl-Italja, inkluż Bari, Torino, Atalanta u Chievo Veron

Michelle Marcolini se jkun il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti.

Huwa se jieħu post Devis Mangia li kien sospiż mill-MFA wara allegazzjonijiet ta' fastidju sesswali fil-konfront ta' żewġ footballers tat-tim nazzjonali, liema każ qed ikun investigat mill-Pulizija.

Marcolini li għandu 47 sena se jingħata kuntratt biex iħarreġ lit-tim Malti sal-2024 u mistenni jibda minn Jannar li ġej.

Marcolini kien jilgħab ma' numru ta' klabbs fl-Italja, inkluż Bari, Torino, Atalanta u Chievo Veron.

Huwa kkowċja diversi timijiet tas-Serje B u Ċ u rebaħ il-Coppa Italia tas-Serje Ċ mal-klabb mill-Piemonte Alessandria fl-2018.

More in Lokali