Jinsistu biex partitarji jitħallew jidħlu fil-grawnd għal-logħob tal-kampjonat u l-Youths

Jisħqu li l-logħba ta' Malta kontra r-Russja għandha sservi ta' proġett pilota b'massimu ta 1,600 partitarju

Il-grupp South End Core kellhom laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima li matulha saħqu kif il-partitarji kollha Maltin huma lesti li jimxu mal-protokolli biex il-grawnd ikun jista' jerġa' jiftaħ il-bibien tiegħu.

Fi stqarrija, is-South End Core saħqu li hu aktar ta’ riskju li ma jiddaħlux numru ta’ partitarji għal logħob tal-kampjonati u tal-Youths minħabba l-fatt li xorta qed jinstabu metodi oħra kif l-istess partitarji qed isegwu l-logħob u jpoġġu saħħithom u saħħet ħaddieħor f'riskju.

Qed jappellaw ukoll biex għal logħob tan-nurseries  kull tifel ikun jista jdaħħal iż-żewġ ġenituri biex hekk l-ammont tal-ispettaturi ma jkunx aktar minn 50 ruħ. 

"Finalment, mhux nitolbu li l-istadium jiftaħ dan ix xahar. Skont il-protokol mediku li ppreżentajna pproponejna biex il-logħba Malta kontra r-Russja li ser tintlab fl-24 ta’ Marzu tkun il-logħba hekk msejħa Pilot Testing b’massimu ta’ 1,600 partitarju," insistew.

Insistew li jekk wara ġimagħtejn minn din il-partita jirriżulta li ma jkun hemm l-ebda periklu għas-saħħa tan-nies li jattendu, l-istess kunċett jiġi applikat għl leagues lokali kollha u l-logħob tal-leagues mill-Youth FA. 

Huma saħqu li Clifton Grima sr jippreżenta l-protokol lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. 

Qed jitolbu wkoll laqgħa mal-Ministru Chris Fearne u anke mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci u li fiha jkunu preżenti l-MFA u s-SEC.

More in Lokali