Lydan Debono jkompli jimpressjona ... jirbaħ lill-eks Champion tad-Dinja

L-ILLUM titkellem ma' dan il-plejer ewlieni żagħżugħ

Fil-jiem li għaddew, il-plejer ewlieni tal-pool f'Malta Lydan Debono rebaħ lill-eks champion tad-dinja Craig Marsh minn Wales. Debono nnifsu tana iktar dettalji:

"Bħalissa qed nieħu sehem f'serje ta' tournaments ġewwa l-Ingilterra fejn għalihom jidħlu l-aqwa plejers fid-dinja. Fl-ewwel rawnd lgħabt kontra Amine Bounif mill-Morokk fejn irbaħt bi skor ta' 11-6. Fit-tieni rawnd li jiġi last 64, ġejt ma' eks champion tad-dinja tal-plejers professjonali Craig Marsh minn Wales fejn irbaħtlu bi skor ta' 11-10 fejn matul il-logħba kont 5-2 u 9-7 minn taħt.

Fl-aħħar 32 ġejt ma' Liam White, plejer rinomat ħafna fl-Ingilterra fejn erġajt ħriġt rebbieħ bi skor ta' 11-10 fejn għal darb'oħra sibt ruħi minn taħt - 5-2 u 10-9, però finalment għamilt waħda mill-aqwa clearances ta' ħajti fil-frame deċisiv. Fl-aħħar 16 ġejt mal-Irlandiż Declan Brennan fejn dan il-plejer huwa rebbieħ tal-ewwel tournament ta' dawn is-serje. Kelli bidu ħażin ħafna u tul il-logħba kont minn taħt 4-0 u anke 8-4 però rnexxieli nidħol fil-logħba u ġibt l-skor 10-9 għalih però ma kienx biżżejjed u ħriġt tellief bl-ikor ta’ 11-9.

Issa, fadalli l-aħħar żewġ tournaments minn din is-serje li ħa jsiru f'Settembru u Diċembru li ġej."

More in Lokali