Antoine Magaud u Marie Claire Aquilina jirbħu l-aħħar ġurnata

Il-Kampjonat tar-Road organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu spiċċa nhar il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2019

Il-Kampjonat tar-Road organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu spiċċa nhar il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2019 bit-tielet u l-aħħar tiġrija fuq iċ-ċirkwit twil ta’ għaxar kilometri f’tal-Maqluba, Qrendi u Żurrieq. Antoine Magaud u Marie Claire Aquilina rebħu l-kategoriji prinċipali tal-Elite.

Fil-fatt fil-kategorija Elite, il-Franċiż Antoine Magaud ta’ Islington Cycling Club għamel l-għaxar dawriet tiegħu f’ħin ta’ 2:32:02.78. Fit-tieni post spiċċa wara tiġrija sabiħa għalih, Clive Bugeja ta’ Mosta AF Sign Studio CC li spiċċa f’ħin ta’ 2:32:30.25. It-tielet daħal Clive Ebejer tat-Team Greens CC f’ħin ta’ 2:34:28.43.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens CC spiċċat għal darb’oħra l-ewwel fil-kategorija Feminili meta għamlet is-seba’ dawriet tagħha f’ħin ta’ 1:55:37.11. Hija kienet segwita minn ċiklista oħra tat-Team Greens CC, Lara Buttigieg li temmet it-tiġrija tagħha f’ħin ta’ 1:55:51.57. Margaret Seguna ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċat fit-tielet pożizjoni f’ħin ta’ 2:04:16.12.

L-Għawdxi Joseph Mifsud ta’ Gozo CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 23 meta spiċċa l-għaxar dawriet tiegħu f’ħin ta’ 2:51:00.88. Warajh daħlu rispettivament Carl Xuereb ta’ Mosta AF Sign Studio CC (2:52:49.08) u Isaac Spiteri ta’ The Cyclist CC (2:58:18.32).

Luke Borg ta’ The Cyclist CC rebaħ il-Kategorija tal-Juniors meta spiċċa t-tmien dawriet tiegħu f’ħin ta’ 2:13:44.55. Warajh spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Clyve Chetcuti (2:17:30.35) u Nikol Micallef (2:17:33.71).

Il-Kategorija tal-Masters 40+ intrebħet minn Antoine Sultana ta’ The Cyclist CC li għamel is-seba’ dawriet f’ħin ta’ 1:55:32.40. Nicholas Schembri ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa t-tieni f’ħin ta’ 1:55:32.48 u Ramon Grech ta’ Agones SFC daħal it-tielet f’ħin ta’ 1:55:48.86.

Il-Kategorija tal-Masters 50+ intrebħet minn Peter Horton ta’ The Cyclist CC li għamel il-ħames dawriet tiegħu f’ħin ta’ 1:20:33.90. Kevin Muscat ta’ Mosta AF Sign Studio CC daħal it-tieni f’ħin ta’ 1:22:04.83, filwaqt li t-tielet spiċċa Joseph Micallef tat-Team Greens CC f’ħin ta’ 1:22:44.70.

Il-Kategorija tal-Under 16 tas-Subien intrebħet mill-Għawdxi Darren Sultana ta’ Gozo CC li temm l-erba’ dawriet tiegħu f’ħin ta’ 1:09:36.68. Warajh spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Jacob Schembri (1:09:47.21) u Matthew Galea Pirotta (1:09:54.37). Kristina Spiteri ta’ The Cyclist CC rebħet l-istess Kategorija, dik Feminili f’ħin ta’ 1:12:23.15.

Il-Kategorija tal-Under 14 tas-Subien intrebħet minn Jaeken Galea ta’ Mosta AF Sign Studio CC li għamel it-tliet dawriet tiegħu f’ħin ta’ 53:47.58. Warajh spiċċaw Miguel Galea ta’ The Cyclist CC (57:02.88) u Luca Vella ta’ B'Kara St.Joseph SC (58:32.07). Hannah Dandria ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ l-istess Kategorija, dik tat-Tfajliet f’ħin ta’ 1:12:36.25.

Wara t-tlielaq, John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu qassmu l-medalji lir-rebbieħa kollha tad-diversi kategoriji.

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq tirringrazzja liċ-ċiklisti kollha għall-parteċipazzjoni tagħhom u l-uffiċjali tal-klabbs, kif ukoll lill-membri tal-pubbliku ġenerali għall-attitudni u l-kollaborazzjoni tagħhom. Grazzi oħra tmur wkoll għal ARRTS Timing System għax-xogħol kbir tagħhom. Grazzi wkoll għall-Kunsilli Lokali atl-Qrendi z-Zurrieq, Transport Malta, Pulizija, First Emergency Response, timekeepers u marshals għas-servizzi u l-koperazzjoni tagħhom.

It-tiġrija li jmiss hija skedata għal nhar il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 u se tkun it-tieni waħda tal-Kampjonat tat-Time Trial fil-Bypass tal-Mtarfa, bil-bidu tagħha jkun fis-7.30am.

Ir-rebbieħa kollha kienu dawn:       

Elite

  • 1. Antoine Magaud               Islington CC                        2:32:02.78
  • 2. Clive Bugeja                   Mosta AF Sign Studio CC       2:32:30.25
  • 3. Clive Ebejer                    Team Greens CC                 2:34:28.43

Nisa

  • 1. Marie Claire Aquilina         Team Greens CC                   1:24:48.97                
  • 2. Lara Buttigieg                  Team Greens CC                 1:55:51.57
  • 3. Margaret Seguna             Mosta AF Sign Studio CC       1:25:13.83

Under 23

  • 1. Joseph Mifsud                  Gozo CC                             2:51:00.88
  • 2. Carl Xuereb                    Mosta AF Sign Studio CC       2:52:49.08
  • 3. Isaac Spiteri                   The Cyclist CC                     2:58:18.32

Juniors

  • 1. Luke Borg                       The Cyclist CC                     2:13:44.55
  • 2. Clyve Chetcuti                 Mosta AF Sign Studio CC       2:17:30.35
  • 3. Nikol Micallef                   Mosta AF Sign Studio CC       2:17:33.71

Kategoriji oħra

Masters 40+

  • 1. Antoine Sultana               The Cyclist CC                     1:55:32.40
  • 2. Nicholas Schembri           Mosta AF Sign Studio CC       1:55:32.48
  • 3. Ramon Grech                  Agones SFC                                1:55:48.86

Masters 50+

  • 1. Peter Horton                   The Cyclist CC                     1:20:33.90
  • 2. Kevin Muscat                  Mosta AF Sign Studio CC       1:22:04.83
  • 3. Joseph Micallef                        Team Greens CC                 1:22:44.70

Under 16 Maskili

  • 1. Darren Sultana                        Gozo CC                             1:09:36.68
  • 2. Jacob Schembri               Mosta AF Sign Studio CC       1:09:47.21
  • 3. Matthew Galea Pirotta      Mosta AF Sign Studio CC       1:09:54.37

Under 16 Feminili

  • 1. Kristina Spiteri                 The Cyclist CC                     1:12:23.15

Under 14 Maskili

  • 1. Jaeken Galea                  Mosta AF Sign Studio CC       0:53:47.58
  • 2. Miguel Galea                   The Cyclist CC                     0:57:02.88
  • 3. Luca Vella                       B'Kara St.Joseph SC             0:58:32.07

Under 14 Feminili

  • 1. Hannah Dandria               Mosta AF Sign Studio CC       1:12:36.25

 

More in Lokali