Is-sitwazzjoni f’Gaża – jista’ jintlaħaq ftehim ta’ paċi?

Possibilment se jinfetħu il-fruntiera bejn Gaża u l-Eġittu sabiex refuġjati jkunu jistgħu jaqsmu lejn Rafah - territorju li ma jaqax taħt il-ħakma Iżraeljana

Eluf ta' familji Palestinjani qed jemigraw bit-tama li jsibu post sigur viċin l-Eġġitu
Eluf ta' familji Palestinjani qed jemigraw bit-tama li jsibu post sigur viċin l-Eġġitu

Is-sitwazzjoni f’Gaża tibqa’ teskala hekk kif il-Prim Ministru tal-Iżrael  Benjamin Netanyahu, ċaħad kull rapport dwar l-ordni ta’ twaqqif ta’ sparar sabiex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu il-fruntiera għal Rafah, l-eqreb territorju li mhux taħt il-ħakma Iżraeljana.

Eluf ta’ familji kellhom jevakwaw darhom, hekk kif ġarrew magħhom dak li setgħu u telqu għal għonq it-triq  dan wara li l-Iżrael tahom ordni biex jitilqu f’temp ta’ 48 siegħa. Hemm madwar miljun refuġjat jistenna   il-ftuh tal-fruntiera għal Rafah.

Qed jingħad li l- fruntiera  se  jinfetħu sabiex ir-refuġjati jkollhom ċans jitilqu minn Gaża u jaslu f’post iktar sigur, iżda s’issa din it-triq  għadha magħluqa.

Din l-għajta ta’ urġenza biex jemigraw għal-post iktar sigur,  għandha tibqa’ miftuħa sabiex tingħata l-għajnuna lil dawk kollha li jinsabu f’din is-sitwazzjoni prekarja.

L-istrixxa ta’ Gaża hija magħluqa minn kull parti mill-militanti ta’ Iżrael hekk kif l-bumbardamenti baqgħu konsistenti. Imkien mhu sigur u r-riżorsi  huma skarsi, speċjalment ir-riżorsi tal-isptar.

More in Barranin