Il-Ġermanja mistennija tiftaħ l-ajruport lejn 31 pajjiż

Il-pjan huwa li l-Ġermanja tibda tiftaħ mill-ġdid l-ajruport tagħha fil-15 ta' Ġunju

Il-Gvern Ġermaniż mistenni jerġa’ jibda jilqa’ t-turisti minn 31 pajjiż Ewropew mill-15 ta’ Ġunju li ġej, dejjem jekk l-iżvilupp tal-pandemija jibqa’ wieħed stabbli kif ilu għal dawn l-aħħar jiem u ġimgħat.

Hu mifhum li l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma inklużi f’dan il-pjan, inkluż Malta u magħhom ir-Renju Unit u erba’ pajjiżi membri taż-Żona Schengen, jiġifieri l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u anke l-Liechtenstein.

Il-Kabinett Ġermaniż mistenni jiddeċiedi dwar dan il-pjan għada.

Jidher li l-Ġermanja trid li tbiddel it-twissija tal-ivjaġġar minn waħda globali għal-linji gwida individwali li jassessjaw ir-riskju għall-kull pajjiż.

Biex tkun assigurata l-protezzjoni kemm tal-Ġermaniżi u anke tat-turisti, il-Gvern Ġermaniż qed jimbotta ‘l quddiem kriterji li jkunu komuni għall-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea.

More in Barranin