Il-Gidma tal-Poodle... Kolonna satirika, eskluża mil-libelli

Isa tfal, illum ħa ngħidulkom ftit fuq it-traffiku f’Malta.  Billi għandkom ħafna ħin fit-traffiku tkunu tistgħu taqraw flok teħlu l-ħin fuq il-mowbajl

Id-diżgrazzja u l-grazzja 

Mela meta ġrat id-diżgrazzja ta’ Miriam Pace kien hemm dwejjaq, rabja kontra l-istituzzjonijiet u l-aġenziji.  Kontra l-kuntratturi, kontra r-raqda tal-Istat.  Għalhekk kien sew li nitolbu aktar serjetà mingħand kullħadd.  Fosthom il-BCA, il-Building Construction Agency.   

Kien għalhekk li ħadt xokk meta rajt li r-raġel ta’ Miriam Pace jaħdem il-BCA.  Bħala kurjuż mort nistaqsi x’jagħmel hemm.  Qaluli li wara l-inċident s-sur Pace beda jaħdem il-BCA.  Ikolli ngħid li mhu qed nifhem xejn. 

Joseph il-king 

Isma trid tkun ftit ardit li dakinhar li toħroġ is-sentenza tal-Vitals tmur Betta mal-mara biex u ttella’ ritratt fuq Instagram.   

Qed titkessaħ Ġuż, u anke kif tkun liebes qisek xi dandy imbgħad Michelle... u ejja.  Mhux aħjar toqgħod ftit taħt ir-radar.   

F’qalbek probabbilment qed tgħid kif irranġak Robert, lanqas ħaqq kemm ċemplet biex nies jivvutaw għar-Robert u mhux għal Chris Fearne.  Qed tara?   

Insomma il-King aħjar joqgħod attent għax kullħadd għajnejh fuqu ... u din tal-Vitals taħwida manja. U ma jiġix igħid li mhux it-tort tiegħu.   

Konrad il-qaddis

Smajtu hux hekk li Konrad sab lil Alla? Issa jekk Alla jridux jew le argument ieħor.   

Imma ejja nitkellmu sew, mhux sew li Konrad responsabbli minn kollox tafux. Il-borma dejjem fuq tlieta qagħdet.  U miskin dan Konrad jew għax twajjeb iż-żejjed jew l-oppost estrem dejjem għamel li kellu jagħmel għax rieduh jagħmel hekk.   

Li ma nafx hu għalfejn ma jiftaħx ħalqu u jgħidilna verament x’ġara dakinhar f’tal-Vitals u f’tal-Panama.  Mhux aħjar tiftaħ qalbek u tgħidilna x’ġara.  U ejja, tibżax...  

L-iktar politiku bravu tal-ġimgħa 

Kull ġimgħa qed nipprova nara min jista' jkun il-politiku bravu tal-ġimgħa.  Heqq ikolli nagħżel lil Adrian Delia.   

Delia kemm hu bravu hux, ħasra għalih li ma għadux kap tal-Pi enne.  Imma ma hemm x'tagħmel.   

Delia kien wiċċu għad-dawl, iħares b’dawk l-għajnejn kbar iteptpu, bil-gangala u ż-żaqq.   Kuntent ovjament.  Imma jkolli ngħid f’qalbu beda jgħid iż-ż*** kieku ġiet meta kont kap!  

Ma hemmx tagħmel issa hemm Bernie u ma' Bernie ċ-ċans hu li jaħxi kollox u jitlef l-opportunità li għandu quddiemu!  

More in Politika