L-Oroskopju: Il-Qamar Ġdid (New Moon) għaż-żodjaku ta’ Pisces – Il-Ħut

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon 

Mill-Ħadd 23 ta’ Frar sas-Sibt 28 ta’ Frar  

Pisces (il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, l-istess Pisces se tkun ġimgħa li fiha trid tagħraf aħjar dik id-direzzjoni li tkun ideali għalik. Għalhekk, issa agħraf din l-istabbiltà. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Scorpio. Namaste.  

Taurus (it-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju  

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Taurus se tkun ġimgħa fejn trid twettaq analiżi ta’ dak li seħħ madwarek sabiex b’hekk issa tista’ tibda tħejji l-pjanijiet meħtieġa. Analizza sew. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Cancer. Namaste.  

Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Cancer se tkun dik il-ġimgħa li mill-esperjenzi li esperjenzajt fil-passat, tikkombina dak li huwa essenzjali għal futurek. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Gemini. Namaste.  

Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru 

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li minn issa ’l quddiem trid tkun aktar iffukat lejn il-ħidma li fil-preżent għandha bżonn aktar l-attenzjoni tiegħek. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Aquarius. Namaste.  

Scorpio (l-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Scorpio se tkun ġimgħa ta’ determinazzjoni fejn għalkemm fil-preżent qed tesperjenza xi intoppi, dan m’għandux iżommok milli tkompli tħares lejn futur aktar stabbli. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Aries. Namaste. 

More in Oroskopju