L-Oroskopju: Il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini – It-Tewmin

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon

L-oroskopju, mwassal mill-astroloġista PaulJon
L-oroskopju, mwassal mill-astroloġista PaulJon

Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, l-istess Gemini se jkun il-waqt ta’ riflessjoni ta’ dak li esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur sabiex b’hekk tkattar lilek innifsek aħjar. Il-kuluri favoriti abbinati ma’ Gemini huma l-oranġjo u l-isfar. Namaste.

Leo (id-Durbies), mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Leo se jkun il-waqt li tibda tħejji għal dak il-mument li tant ilek tistenna li tgħaqqad il-ħiliet tiegħek lejk u tikseb aktar stabbiltà. Il-kuluri favoriti abbinati ma’ Leo huma l-isfar u lewn id-deheb. Namaste.

Scorpio (l-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Scorpio se jkun il-waqt li tagħraf tippjana b’mod aktar dak li int tixtieq twettaq iżda wettaq biss dak li int tħoss ġewwa fik. Il-kuluri favoriti abbinati ma’ Libra huma l-griż u l-isfar. Namaste.

Capricorn (il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Capricorn se jkun il-waqt li tanalizza aktar il-pożizzjoni tiegħek fl-imħabba. Hemm bżonn tagħtiha aktar motivazzjoni. Il-kuluri favoriti abbinati ma’ Capricorn huma l-iswed u l-isfar. Namaste. 

Pisces (il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Pisces se jkun il-waqt li tiffoka aktar fuq saħħtek. Dan trid tagħmlu, kemm mill-mod kif tiekol, kif ukoll billi tagħmel aktar eżerċizzju. Il-kuluri favoriti abbinati ma’ Pisces huma l-griż u l-isfar. Namaste.        

More in Oroskopju