
L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Taurus – It-Tawr
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon

Mill-Ħadd 4 ta’ Mejju sas-Sibt 10 ta’ Mejju
Taurus (It-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, l-istess Taurus se jkun il-waqt ta’ riflessjoni sabiex tkun tista’ tirrifletti aktar fil-fond il-pass li se tkun qed tieħu. Agħraf b’għaqal biss. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Cancer. Namaste.
Gemini (It-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, Gemini se jkun il-waqt għal dik il-motivazzjoni sabiex titkattar aktar enerġija fik u b’hekk twettaq it-tkattir tiegħek lejn l-istabbiltà. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste.
Virgo (L-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, Virgo se jkun il-waqt li tagħraf int min int. Ma tistax timxi aktar fuq dak li jgħidulek l-oħrajn iżda issa trid tasal temmen aktar fik innifsek. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aquarius. Namaste.
Scorpio (L-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, Scorpio se jkun il-waqt biex tkun determinat ħalli tagħraf biżżejjed liema hi l-aħjar deċiżjoni li se tkun qed twettaq. Irrifletti sew. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Capricorn. Namaste.
Capricorn (Il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, Capricorn se jkun il-waqt ta’ kuraġġ li għandek bżonn. F’dan il-mument trid timtela b’aktar kuraġġ sabiex ħajtek tkompli għaddejja. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra. Namaste.