L-Oroskopju: Il-Qamar Kwinta għaż-żodjaku ta’ Capricorn

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon 

Mill-Ħadd 12 ta’ Jannar sas-Sibt 18 ta’ Jannar           

Capricorn (Il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, l-istess Capricorn se jkun il-waqt li tagħraf sew kif se tqassam aħjar il-ħin fil-bżonnijiet tiegħek. Għalhekk issa huwa l-waqt li tagħraf sew il-bżonnijiet tiegħek. Iż-żodjaku b’aspett pożittiv ġej minn Gemini. Namaste. 

Aquarius (Iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Aquarius se jkun il-waqt li tanalizza aktar il-qagħda ta’ madwarek fejn trid tagħraf li hemm żbilanċ sabiex b’hekk toħloq bilanċ adegwat lejn il-miri tiegħek. Iż-żodjaku b’aspett pożittiv ġej minn Virgo. Namaste.  

Gemini (It-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Gemini se jkun il-waqt li toħroġ mill-inċertezza li qed taħkmek. B’hekk tibda tiffoka aktar lejn it-tkattir meħtieġ. Iż-żodjaku b’aspett pożittiv ġej minn Sagittarius. Namaste.   

Libra (Il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Libra se jkun il-waqt li ssib biżżejjed ħin għall-eżerċizzju. Dan taf li huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel. Għalhekk sib il-ħin adattat. Iż-żodjaku b’aspett pożittiv ġej minn Pisces. Namaste.   

Sagittarius (Il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Sagittarius se jkun il-waqt li tanalizza sew l-esperjenzi tal-imħabba sabiex b’hekk telimina dak li jista’ jkun ta’ tfixkil. Irrifletti. Iż-żodjaku b’aspett pożittiv ġej minn Aquarius. Namaste.                                                                                                               

More in Oroskopju