L-oroskopju waqt iż-żodjaku ta’ Capricorn (Il-Wott)
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mill-Ħadd 5 ta’ Jannar sas-Sibt 11 ta’ Jannar
Capricorn (il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, l-istess Capricorn se jkun il-mument li tagħraf min huma dawk ta’ madwarek li jistgħu jkunu ta’ għajnuna u mhux iżommuk milli tieħu xi deċiżjoni. Għalhekk, analizza sew lil dawk li vera huma utli għalik. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. Namaste.
Taurus (it-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Taurus se jkun il-mument li ma tgħaġġilx aktar meta tiġi biex tagħżel dik l-għażla li tkun tant tixtieq iżda se tibda tagħraf tirrifletti aktar u b’hekk tieħu deċiżjonijiet aktar profondi. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste.
Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Cancer se jkun il-mument li tagħraf aħjar il-bżonnijiet ta’ madwarek. Issa trid tagħraf aħjar it-toroq li huma utli waqt li telimina dawk li mhumiex utli sabiex tkattar fik stabbiltà. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius. Namaste.
Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Virgo se jkun il-mument li tagħraf kemm l-imħabba li qed tesperjenza hija dik l-imħabba li dejjem xtaqt. Għalhekk agħraf kompli kattar u tħalli l-ebda sitwazzjoni oħra tfixklek. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo. Namaste.
Scorpio (l-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Scorpio se jkun il-mument li twettaq analiżi lejn il-finanzi tiegħek. Issa huwa l-waqt li tagħraf aħjar fejn hi eżatt il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek. Wettaq dan b’għaqal. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces. Namaste.