
L-oroskopju ta’ mħabba għal San Valentinu: L-Erbgħa 14 ta’ Frar
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur Pauljon

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar:
Għalik, iż-żodjaku ta’ Aquarius waqt San Valentinu se jkun ifisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li int esperjenzajt fl-imħabba tal-passat. Fin-nuqqas ta’ dan, għalik, jaf ikun hemm forma ta’ xkiel. Għalhekk, f’dan il-mument trid tagħraf aktar lilek innifsek.
Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik f’San Valentinu huwa ż-żodjaku ta’ Leo. Namaste.
Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju:
Għalik, iż-żodjaku ta’ Gemini waqt San Valentinu se jkun perjodu ta’ iżjed tkattir fir-relazzjoni li fil-preżent int qed tesperjenza. Iżda żgur trid tagħraf iżżomm bilanċ bejn il-karriera u r-relazzjoni li għandek. Fin-nuqqas li int ma żżommx il-bilanċ, jaf ikollok xi konsegwenzi.
Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik f’San Valentinu huwa ż-żodjaku ta’ Sagittarius. Namaste.
Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru:
Għalik, iż-żodjaku ta’ Virgo waqt San Valentinu se jagħmlek tagħraf aktar kif għandek tiddeċiedi għal xi deċiżjonijiet li l-imħabba sejra tibda toffrilek. Minn issa, int se tagħraf dik ir-responsabbiltà ġdida li din l-imħabba sejra tagħtik.
Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik f’San Valentinu huwa ż-żodjaku ta’ Scorpio. Namaste.
Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru:
Għalik, iż-żodjaku ta’ Libra waqt San Valentinu se jkun il-waqt għal aktar għarfien ta’ dak li int kapaċi toffri fl-imħabba. Minn issa, għalik dan se jkun xenarju kompletament mibdul. Għalhekk, aktar minn qatt qabel, int trid tkun ferm iffokat.
Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik f’San Valentinu huwa ż-żodjaku ta’ Virgo. Namaste.
Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru:
Għalik, iż-żodjaku ta’ Sagittarius waqt San Valentinu se jagħmlek tagħraf iżjed dwar id-direzzjoni vera li l-imħabba tiegħek għandha taqbad fil-ġimgħat li ġejjin. Dan hu żmien oppurtun sabiex terġa’ tikseb dik il-ħeġġa.
Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik f’San Valentinu huwa ż-żodjaku ta’ Gemini. Namaste.
Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar:
Għalik, iż-żodjaku ta’ Capricorn waqt San Valentinu se jkun perjodu fejn trid tagħraf sew dak li qed tesperjenza. Għalkemm jaf ikun hemm mumenti ta’ tibdil, agħraf ħares biss ’il quddiem u mhux lura.
Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik f’San Valentinu huwa ż-żodjaku ta’ Pisces. Namaste.