L-oroskopju għalik: żodjaku ta’ Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon  

L-Oroskopju inġenerali: Għalik, Sagittarius se jkun erba’ ġimgħat ta’ għarfien fejn int tixtieq verament twassal lilek innifsek. Issa int għandek ċans tajjeb fejn kont imwaħħal tinħall u tersaq żgur lejn dik l-instabbiltà. Namaste.                                                                                               

L-Oroskopju fl-imħabba: Għalik Sagittarius se jkun erba’ ġimgħat li tagħraf aħjar kif iżżomm l-imħabba tiegħek f’bilanċ sabiex imħabbtek tkun aktar passiva u motivata, u b’hekk titkattar. Namaste.                                                                      

L-Oroskopju fil-karriera: Għalik Sagittarius se jkun erba’ ġimgħat li issa trid turi l-vera ħila u kapaċità li għandek sabiex tasal lejn dik il-mira prinċipali. Namaste.                                   

L-Oroskopju fis-saħħa: Għalik Sagittarius se jkun erba’ ġimgħat li trid tirranġa l-ħin ta’ rilassament peress li taf li ma tantx qed ikollok ħin. Huwa importanti li jkollok dan il-ħin ta’ rilassament u twettaq xi tibdil fil-palat. Namaste.                                                                    

L-Oroskopju fil-finanzi: Għalik Sagittarius se jkun erba’ ġimgħat fejn il-finanzi jistgħu jitjiebu ħafna. F’daż-żmien jista’ jkun li int tagħraf aħjar kif tikkontrolla l-infiq tiegħek. Il-monitoraġġ huwa ferm importanti sabiex ittejjeb. Namaste.                                                            

L-Oroskopju għall-għarfien: Għalik Sagittarius se jkun erba’ ġimgħat fejn l-għarfien għandu jingħata aktar attenzjoni. Ma tistax il-ħajja ta’ madwarek tkun f’qagħda stabbli jekk int ma tagħtix aktar għarfien tiegħek innifsek. Namaste.                                                                                                                              

L-Oroskopju għalik waqt iż-żodjaku ta’ Capricorn: Mal-bidla taż-żodjaku tiegħek trid tara li l-miri li kellek intlaħqu kollha. Jekk dan ma seħħx tmurx għal dawk li baqa’ iżda ibda miri ġodda. Namaste.    

L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Sagittarius huwa dak tal-Ħamis iżda għandek tevita l-jum tat-Tnejn. Namaste.   

L-aktar xahar ideali għalik huwa dak ta’ Ġunju iżda għandek tevita dak ta’ Marzu. Namaste.  

Bħala kristalli, ideali għalik huma Amethyst u Sapphire.  

L-aktar dati ideali għalik għax-xahar ta’ Diċembru huma s-7, d-9, u d-19 ta’ Diċembru!    

Bħal kull żodjaku għandek il-kombinazzjoni ta’ żewġ qmura fejn it-Tnejn 27 ta’ Novembru se nesperjenzaw il-fażi tal-qamar kwinta waqt li l-fażi ta’ qamar ġdid (new moon) se nkunu qed nesperjenzawha nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru.    

Xi persuni famużi li jagħlqu żmienhom waqt dan iż-żodjaku nsibu lill-Papa Franġisku, Winston Churchill, Britney Spears, Bruce Lee Kirk Douglas, Dick Van Dyke, Steven Spielberg, Tina Turner, Brad Pitt, Frank Sinatra, Christina Aguilera, Kylian Mbappe,  Emmanuel Macron, Chris Evert, Walt Disney, Ludwig van Beethoven, Andy Williams, Jim Morrison, Christopher Plummer, Ben Stiller, u Nostradamus.  

Aktar informazzjoni bażika tista’ ssibha fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħi “L-Oroskopju minn PaulJon” jew ibgħat SMS fuq 7949 5804 jew tista’ wkoll iżżur is-sit tiegħi  www.pauljon13.com   

Namaste 

More in Oroskopju