L-Oroskopju |L-erba' kristalli għaż-żodjaku ta' Scorpio
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon...Mill-Ħadd 5 ta' Novembru sas-Sibt 11 ta' Novembru
It -tmien żodjaku ta’ Scorpio bħal kull żodjaku joffrilna diversi aspetti interessanti li jiddistingwu differenza bejn żodjaku li jattu l-opurtnita li tali żodajku ikun ta benfiċċju partikulari fil-miri jew xewqat tagħna u propju f’dan l-artiklu ser inkun qed inwassal il-kombinazzjioni tal-kristalli
Kull aspett ma’ kull żodjaku jiġbed ċertu interess iżda is-suġġett tal-kristalli jiġbed ċertu interess profond forsi aktar minn oħrajn u dan jidher mill-ħafna kummenti li nirċievi mingħandkom.
Sfortunatment issib dawk il-ftit li jippruvaw iħalltu l-kunċett ta’ dan il-benifiċċju naturali ta’ dawn il-kristalli ma’ xi twemmin partikluari! Il-kristalli huma sors sabiex negħbu kwalunkwe enerġija negattiva u f'ċertu każi anke sors ta’ fejqan. Għalhekk ma nħallux injornaza ta’ ftit tfixkel il-vera benefiċċju pożittiv ta’ dan is-sors naturali li ilu madwarna għal tant snin.
F’dawn l-aħħar xhur f’Malta qed ikun hawn aktar għarfien, kemm fiż-żieda ta’ ħwienet li jbigħu dawn il-kristalli kif ukoll minn diversi seminars li jittellgħu minn żmien għal ieħor, b’hekk nibdew nifhmu il-vera kunċett tal-benefiċċji ta’ dawn il-Kristalli lejn il bżonnijiet personali tagħna.
F’dan l-artiklu ser ikun qiegħed inwassal dawk l-erba' kristalli kkumbinati ma’ dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio sabiex ngħarfu kemm dawn il-kristalli ivarjaw il-benficciji tagħhom minn żodjaku għal ieħor.
L-Erba’ kristalli kkumbinati ma’ dan żodjaku huma dawn :
TURQUOISE : LABRADORITE : MALACHITE : CHAROITE
L-ewwel Kristal : Turquoise
Din l-ewwel kristalla kombinata ma’ dan iż-żodjkau ta’ Scorpio toffri il-benfiċċju li tgħina nkunu aktar iffukati lejn il-miri tagħna kif ukoll tagħtina dak il-kuraġġ meħtieġ lejn deċiżjonjiet li jkun hemm bżonn jitteħdu kif ukoll tkun ta’ difiża kontra enerġiji negattivi. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma il-Ħamis u s-Sibt u għall-aħjar riżultat ta’ enerġija pożittiva din il-kristalla għandha titpoġġa fuq komodinda fuq in-naħa tax-xellug fil-kamra tas-sodda waqt li tinxtegħel bejn il-ħin tad-disgħa u l-ħdax ta’ filgħaxija
It-Tieni Kristalla : Labradorite
Din it-tieni kristalla f’dan l-istadju ta’ dan iż-żodjaku ta’ Scorpio hi kombinatta sabiex tgħinek tifhem aktar dawk il-ħsibijiet li jduru madwarek, tagħtik aktar direzzjoni ċara minn xi inċertezzi waqt li tgħinek għal irqad aħjar. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huwa dawk tat-Tlieta , il-Ħamis u tas-Sibt u għall-aħjar riżultat ta’ enerġija pożittiva din il-kristalla għandha titpoġġa’ kemm fil-karma tas-soda jew karma tar-rilass , waqt li tinxtegħel bejn il-ħin tas-sebgħa u l-ħdax ta’ filgħaxija.
It-Tielet Kristalla: Malachite
Din it-tielet kristalla waqt dan iż-żodjaku ta’ Scorpio toffrilek il-benefiċċji li taqtalek il-biża li int tista' tesperjenza, toffrilek bidla kif tiekol, kif tilbes kif taġixxi , barra li tagħmlek tikkomunika b’mod aħjar ma’ oħrajn. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u l-Ħamis u din għandha tittpoġġa kemm fiċ-ċentru tad-dar kif ukoll waqt banju ta’ rilass, tinxtegħel dejjem bejn il-ħin tas-sebgħa sal-ħin tal-ħdax ta’ filgħaxija.
Ir-raba kristalla : Charoite
Din ir-raba kristalla għal dan iż-żodjaku ta’ Scorpio toffri diversi aspetti, fosthom kif iżżomm il-ħajja tiegħek f'bilanċ , kif tagħraf aħjar lilek innifsek, kif tagħraf ikel addat għalik , tgħinek ukoll jekk tħobb twettaq xi meditazzjoni partikulari. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta , il-Ħamis u s-Sibt. Din l-aħjar tintuża fil-kamra tas-sodda u tinxtegħel biss bejn il-ħinjiet tad-disgħa ta’ filgħaxija sal-ħin tal-ħdax u nofs.
Għal aktar informazzjoni bażika tista’ ssibha fl-aħħar publikazzjoni tiegħi, ‘”Kristalli b’Rakkonti” jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew tista’ wkoll iżżur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste.