L-Oroskopju | Il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Scorpio
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon...Mill-Ħadd 29 ta’ Ottubru sas-Sibt 4 ta’ Novembru
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Aries ser tkun ġimgħa li int trid tagħraf l-aħjar triq għalik , ma tistax aktar tibqa’ f’salib it-toroq għax dan issa jista’ joħloq diversi konsegwenzi għalhekk issa għaraf biss fuq dik id-direzzjoni ideali sabiex it-tkattir tiegħek ikompli jseħħ.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Taurus ser tkun ġimgħa ispirata fuq dak li int irnexxilek twettaq tul dawn l-aħħar xhur għalhekk ikun tajjeb li tanalizza dan kollu sabiex minn issa ‘l quddiem tkun kapaċi ssib dik l-aħjar soluzzjoni fil-miri li int għandek pjanati .
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Gemini ser tkun ġimgha li tagħmlek tippjana aħjar dwar l-organizzazzjoni tiegħek , taf li minħabba il-ħafna impenji li int għandek hemm bżonn ta’ skeda aktar organizzata għalhekk issa għandek dan iż-żmien sabiex tkun kapaċi twettaq skeda aktar ideali għal dak li int tixtieq.
Gemini huma magħrufin għall-flessibiltà tagħhom. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Cancer ser tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar il- ħiliet tiegħek issa tista’ tagħraf liema ħila partikulari int ser tkun aktar qed tħaddan, din tista’ tkun direzzjoni pożittiva kemm għal dak li int għandek pjanat kif ukoll għal dak li hemm riesaq lejk, analizza b’għaqal.
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awissu
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Leo ser tkun ġimgħa li tagħmlek tagħraf kemm issa din ir-responsabbilità li dħalt għalija kemm ser tkun qed tiftaħlek diversi toroq, toroq li qabel qatt ma kellek esperjenza tagħhom iżda żgur li int kapaċi tiffaċċja dak kollu li hemm ġej lejk għalhekk għaraf sew.
Leo huma magħrufin kemm huma umli. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Virgo ser tkun ġimgħa ta’ għarfien profond ta’ kemm l-imħabba hi importanti li tkun ibbilanċjata aħjar, minnmindu int bdejt tibbilanċja l-imħabba tiegħek, int bdejt tesperjenza aktar trankwillità madwarek għalhekk issa li sibt dan kompli miexi fuq l-istess linja.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Libra ser tkun ġimgħa ta’ aktar ħidma lejn tqassim aħjar dwar il-proġetti li int għaddej minnhom. Int taf li b’dawn il-proġetti hemm ħafna ħsibijiet u deċiżjonijiet, għalhekk ikun tajjeb li tagħraf it-tqassim tagħhom sabiex kollox jibqa’ miexi kif finalment tixtieq int.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik l-istess Scorpio ser tkun ġimgħa li trid tkompli twettaq dik id-determinazzjoni tiegħek lejn it-tlajja li int għandek quddiemek, għalkemm qed tesperjenza dan, int ma tridx taqta’ qalbek iżda żżid id-determinazzjoni sabiex turi kemm int persuna li kontra kollox tasal fejn tixtieq.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru Diċembru
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Sagittarius ser tkun ġimgha li int trid tħejji għal dawk il-bidliet li hemm resqin lejk , dan tajjeb li tagħraf tħejji sabiex ma jkunx hemm xi konsegwenzi li jistgħu jfixklu il-proċess li int tixtieq, għalhekk għaraf ħejji sew sabiex tadatta ma’ dan il-bdil.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Namaste
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Capricorn ser tkun ġimgħa ta’ għarfien profond lejn it-tqassim finanzjarju tiegħek minħabba li kellek ħafna infieq minħabba dak li int esperjenzajt. Issa għandek twettaq analiżi profonda ta’ kif ser tkun qed tqassam il-bilanċ finanzjarju tiegħek hekk twettaq bilanċ aħjar.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Aquarius ser tkun ġimgħa fejn trid tagħraf issib aktar bilanċ għall-ħin għalik, dan int taf li qed tesperjenza ħafna ħin, kemm fil-karriera kif ukoll f’impenji oħra għalhekk trid tieqaf ftit u tara kif tista’ toħloq bilanċ bejn dan u il-ħin għalik.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-qamar kwinta ta’ żodjaku ta’ Scorpio għalik Pisces ser tkun ġimgħa li taspira aħjar lejn is-saħħa tiegħek , tajjeb tara kif tista’ taddata kemm il-mod tal-palatt tiegħek kif ukoll xi forma ta’ eżerċizzju, b’hekk grazzi għal dan il-bilanċ int tkun kapaċi żżomm is-saħħa f’dak il-livell stabbli.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste