L-Oroskopju | Bidu ta’ tmien żodjaku ta' Scorpio
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 22 ta’ Ottubru sas-Sibt 28 ta’ Ottubru
Il-kalendarju żodjaku 2023-24 ser ikun qed iwassalna lejn tmien żodjaku dak ta’ Scorpio fejn kull bidu ta’ kull żodjaku inkunu nesperjenzaw ċertu ċaqliq kif ukoll ċertu tibdil b’mod speċjali issa li resqin lejn l-aħħar erba’ żodjaki dawk ta’ Sagittarius, Capricorn , Aquarius u Pisces. Żgur f’dawn l-aħħar żodjaki rridu naraw li l-miri ppjanijiet jew proġetti li ppjanajna nilħquhom kollha.
Għalkemm ħafna jaħsbu li l-kalendarju żodjaku jibda miż-żodjaku ta’ Aquarius peress li dan ikun fix-xahar ta’ Jannar dan mhux il-fatt għax bejn il-kalendarju żodjaku għal kalendarju tax-xhur hemm differenza kbira u tajjeb li int tagħraf li l-bidu ta’ kull kalendarju żodjaku jibda miż-żodjaku Aries fil-21ta’ Marzu u jintemm maż-żodjaku ta’ Pisces.
It-Tnejn 23 ta’ Ottubru b’hekk ser inkunu qed nesperjenzaw il-bidu ta’ dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio , żodjaku meqjus minn ħafna bħala żodjaku li trid tagħraf taddatta lilek aktar , trid tkun iffokat ferm aktar , trid tagħraf togħod attent min ċertu żbalji, għax żbalji waqt dan it-tmien żodjaku jafu joħolqu ċertu konsegwenzi li ma tantx ikunu faċli tirkupra minnhom. Għalhekk huwa meħtieġ li int tkun iffokat aktar mis-soltu kemm f’dak li int tixtieq twettaq kif ukoll għal dak li jkun hemm riesaq lejk.
Scorpio jippreżenta is-simbolu tal-iskorpjun fejn ( hawnhekk hemm dik l-espressjon fejn jekk l-iskorpjuni ma jaslux b’rashom kapaċi jaslu b’denbhom ! ) waqt li wkoll hemm il-frażi ta’ ras iebsa f’dan iż-żodjaku kif ukoll ma tantx jaħlu ħin meta jkun hemm ħtieġa ta’ xi deċiżjoni jew direzzjoni għax iż-żodjaku ta’ Scorpio jkun irid iwettaq immedjatament id-deċiżjonjiet meħtieġa li jkunu qed iduru miegħu.
Dan iż-żodjaku ta’ Scorpio jagħmel parti mill-element tal-ilma fejn flimkien ma’ żewġ żodjaki ta’ Pisces u dak ta’ Cancer jifforma trio ferm pożittiv , trio li kapaċi joħloq tbissima , kapaċi joffru ideat ferm interessanti , kif ukoll prospetti dwar tkabbir fil-karriera jew proġetti iżda fuq kollox huma persuni li kapaċi joffrulek kumpanija rispettata u wisq aktar li tagħmlek tħossok aktar sigur f’dak kollu li ikun qed iseħħ fil-ħajja ta’ madwarek.
NOTA Importanti : għal dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio hi li għal dawn l-aħħar erba’ snin hemm il-fenomenu idur mal-astroloġisti li l-kalendarju żodjaku jista’ jinbidel, li minn tnax-il żodjaku isir tlettax-il żodjaku. Jekk iseħħ dan, dejjem tintuża il-kelma JEKK ! il-kalendarju żodjaku jibdel kompletament il-format tiegħu minn dak kif inhuwa ffurmat fil-preżent.
Sfortunatament iż-żodjaku ta’ Scorpio l-aktar li ser ikun milqut minn din is-sitwazzjoni! Dan għaliex minn żodjaku kif inhu normali dak ta’ erba’ ġimgħat kif inhuwa ffurmat fil-preżent dan jista’ jinbidel u żodjaku ta’ Scorpio ikun imqassam fuq perjodu ta’ għaxart ijiem biss !
Dan sabiex jidħol iż-żodjaku ġdid ‘OPHIUCHUS’ li l-probbabiltà hi li jidħol bejn it-tletin ta’ Novembru u t-tmintax ta’ Diċembru !
Ovvjament dan ser iġib bosta tibdil anke lil uħud miż-żodjaki l-oħra però l-aktar li ser ikun effetwat huwa ż-żodjaku ta’ Scorpio. Dwar dan is-suġġett żgur li se nkun qed inwassal aktar informazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin ! Dan dejjem jekk ikun hemm qbil bejn l-astroloġisti kollha li dan sa issa ma jidhirx għax waqtli l-astrolġisti tal-Amerika u l-Asja jaqblu dawk tal-kontinent tal-Ewropa ma jaqblux għalhekk inkompli nara kif din is- sitwazzjoni tkompli tiżviluppa fix-xhur li ġejjin.
Dwar il-Qmura , nies famuzi li jiċċelebraw żmienhom waqt dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio u aktar informazzjoni kombinata ma’ dan iż-żodjaku inkun qed inwassalha fil-fażi ta’ dawn l-erba’ ġimgħat li ġejjin.
Għal aktar informazzjoni bażika tista’ ssibha fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, “L-Oroskopju minn PaulJon” jew żur il-paġna PaulJon13 jew ibgħat SMS fuq 79495804/99013600 jew tista’ wkoll iż-żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste.