L-Oroskopju | L-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Virgo

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 17 ta’ Settembru sas-Sibt 23 ta’ Settembru

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                                                     

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser tkun ġimgħa li fiha ser tanaliżża dawn l-aħħar ġimgħat sabiex b’hekk int tkun tista tagħraf kif minn issa tibda tħejji aħjar kemm lilek innifsek kif ukoll dwar il-miri priċipali li int tixtieq tilħaq.  Għalhekk għaraf sew u b’hekk żgur li l-istabbilta’ tiegħek titkattar.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Aries huma magħrufin għal abbilita’ organizzata tagħhom. Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                                     

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tagħtik ċans li taħseb u tanaliżża sew dwar id-deċiżjoni li int għamilt. Għalkemm ma kinitx deċiżjoni faċli, minħabba ċ-ċirkostanzi li tinsab fihom fil-preżent ma kellekx triq oħra.  Żgur li issa int trid tagħraf taddatta.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Taurus huma magħrufin għal ispontanjeta’ tagħhom. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                                 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa li twasslek lejn dak li finalment int qiegħed tħoss. Żgur li issa huwa dak il-waqt ideali li dak li hemm ġewwa fik taddattah. Dawn huma ġimgħat ta’ tqassim ta’ kif minn issa l-quddiem int tagħraf tikkombina dan kollu.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                                        

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgħa li issa tagħraf aktar kif ser tkun qiegħed teżerċita l-pjanijiet tiegħek. Wara li ilek tant tanaliżża kull opportunità li kien hemm issa wasalt lejn dawk li int taf li tista tibni madwarhom.  Żgur hekk int ser tagħraf sew il-futur tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                                  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tkun il-ġimgħa li twettaq analiżi dwar il-finanzi tiegħek fejn int trid tagħraf aħjar l-infiq li int qiegħed tesperjenza sabiex grazzi għall-mod kif ser tanaliżża l-infiq int tista toħloq pjan aħjar kif minn issa int tosserva aħjar il-finanzi tiegħek. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Leo huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                                      

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik listess Virgo ser tkun ġimgħa li int trid twettaq riflessjoni profonda ta’ kif esperjenzajt dak kollu li ġara madwarek waqt iż-żodjaku tiegħek. Żgur li tul dawn l-erba ġimgħat int kellek mumenti pożittivi u grazzi għal dawn il-mumenti issa trid tibni fuqhom għaż żmien li ġej  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  •  Virgo huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                                        

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra ser tkun dik il-ġimgħa li trid tħejji lilek innifsek għal dawk l-erba ġimgħat li ġejjin fejn int ser tkun qiegħed tesperjenza l-fażi ta’ Libra. Fażi li żgur ser toffrilek kemm opportunitajiet, pjanijiet kif ukoll riflessjonijiet. Għalhekk aħtaf dak li hemm riesaq lejk.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Libra huma magħrufin għall-flessibilita’ tagħhom. Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                                                         

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser tkun dik il-ġimgħa li issa trid tqassam aħjar lilek innifsek għal responsabbilta ġdida li int għandek. Issa ser tkun qiegħed tesperjenza ċerta tibdil madwarek u għalhekk ikun tajjeb li int tħejji sew għal dan kollu sabiex b’hekk tkompli miexi l-quddiem.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Scorpio huma magħrufin għall-burdata stabbili tagħhom. Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                                              

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgħa sabiex tagħraf tikkombina kemm il-karriera kif ukoll il-madwar personali tiegħek f’bilanċ adattat.  Int taf li meta int tlift il-bilanċ tiegħek f’diversi sitwazzjonijiet int esperjenzajt ħafna konsegwenzi. Għalhekk għaraf sew dan ħalli l-bilanċ tiegħek ikun wieħed ideali.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Sagittarius huma magħrufin kemm huma nies umli. Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                                

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa fejn int trid iżżomm lilek innifsek aktar trankwill. Issa m’hemmx aktar dik il-pressjoni li kont qiegħed tesperjenza u għalhekk f’dan l-ambjent aktar trakwill int kapaċi tagħraf u tanaliżża aħjar iċ-ċirkostanzi li ser ikun hemm.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Capricorn huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                                  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tkun ġimgħa fejn int tagħraf liema direzzjoni fil-karriera tiegħek hija l-aktar ideali għalik. Issa taf aħjar il-pożizzjoni tiegħek u hekk tista’ taqbad dik it-triq fejn int ser tkun tista’ twettaq il-miri tiegħek aħjar.  Mhux il-waqt li tibqa’ f’nofs triq iżda analiżża t-triq ‘il quddiem. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Aquarius huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                            

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar dwar saħħtek.  Issa wara li kellek l-esperjenza li tkun taf dwar dawk ir-riżultati li kien hemm bżonn taf dwarhom, li grazzi għal dawn ir-riżultati int tista’ tkun taf saħħtek fejn tassew qiegħda. Għaraf sew dawn ir-riżultati. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Pisces huma magħrufin għall-istabbilita’ tagħhom. Namaste 

L-erba' kristalli għaż-żodjaku ta' Virgo

L-ewwel kristalla - Sapphire: Din l-ewwel kristalla  toffri l-benefiċċju li jkollok għarfien aħjar ta’ kif nistaw naħsbu aħjar u kif il-ħsieb ma nħalluħx jiddomina l-ħajja ta’ madwarna. Din għandha wkoll il-benefiċċju li nikkumbattu xi aspetti negattivi bħal għira, saħħta jew altru.  

It-tieni kristalla  - Peridot: Din it-tieni kristalla f’dan l-istadju  hi kkombinata sabiex tgħinek ħafna jekk int ikollok problema ta’ irqad u ma tkunx qiegħed tħossok komdu;  toffri ukoll benefiċċju li tagħraf aktar il-kundizzjoni ta’ saħħtek fejn żgur dan huwa mportanti.  

It-tielet kristalla - Malachite: Din it-tielet kristalla toffrilek il-benefiċċju li tagħtik aktar enerġija għal motivazzjoni jekk sfortunatament tkun għaddej minn xi mumenti ta’ monotonija; tagħtik il-ħeġġa, l-kuraġġ u l-inspirazzjoni sabiex int tagħraf tkun aktar motivat.  

Ir-raba’ kristalla - Amber: Din ir-raba’ kristalla toffri diversi aspetti u bla dubju l-aktar interessanti nsibu l-memorja. Sfortunatament minħabba l-ħajja magħġla ta’ madwarna xi kultant ma niftakrux ċerta aspetti importanti tal-ħajja tagħna. Din il-kristalla iżżommok iffokat u ttejjeb il-memorja li hi tant meħtieġa. Tagħtik ukoll aktar flessibbilta’ kif ukoll bilanċ tajjeb ta’ kif tieħu ċertu deċiżjonijiet. Namaste  

More in Oroskopju