L-Oroskopju | Fil-qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Virgo

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 3 ta’ Settembru sas-Sibt 9 ta’ Settembru

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser ikun dak il-mument li int trid tieħu dik id-direzzjoni li hemm bżonn sabiex b’hekk int tkun tista’ tibda miexi lejn dak li verament tixtieq bil-prospetti sbieħ li int tant għandek.  Għalhekk għaraf id- direzzjoni li hemm meħtieġa li titieħed.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. 
  • Aries huma magħrufin li jservu ta’ pont.  Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                                         

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser ikun dak il-mument li tanalizza dak li issa int akwistajt.  Grazzi għal dawk il-pariri li ħadd issa int kapaċi twettaq analiżi tal-aħjar parir utli għalik u skont l-għażla tiegħek biss tgħaraf tiddeċidi sabiex b’hekk tkun f’qagħda aktar stabbli.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. 
  • Taurus huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.  Namaste  

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                                       

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser ikun dak il-mument li għalkemm tħossok konfuż hemm bżonn li kontra kull xejra twettaq dak li int tixtieq.  Issa taf li tajt ħafna ħin, kont kalm u żammejt lura kemm stajt iżda issa trid twettaq dak li tħoss ġewwa fik.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 
  • Gemini huma magħrufin għal indipendenza tagħhom.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser ikun il-mument li tgħaraf aħjar kif għandek tikkumbatti lejn dak il-bilanċ bejn il-karriera u dak ta’ madwarek.  Int taf li ma tistax timxi jekk tkun f’qagħda żbilanċjata, għalkemm issa għandek iċ-ċans li tibbilanċja kemm lilek innifsek kif ukoll il-madwar tiegħek. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. 
  • Cancer huma magħrufin għal ispontanjeta’ tagħhom.  Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                                            

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser ikun il-mument ideali għal preparazzjoni aktar profonda ta’ dak li int qiegħed tippjana.  Issa għandek aktar ħin għal din it-tħejjija sabiex il-pjanijiet tiegħek tkun tista’ twettaqhom kemm b’għaqal kif ukoll b’aktar tfassil iddettaljat.  Żgur li ser titkattar aktar. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Leo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.  Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                                               

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik l-istes Virgo ser ikun il-mument li twettaq analiżi ta’ dawn l-aħħar ġimgħat li żgur kienu ferm importanti għalik li tawk dik il-bidla tant meħtieġa kif ukoll dik il-motivazzjoni kollha li tant kellek bżonn.  Għalhekk issa għati aktar ħsieb.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. 
  • Virgo huma magħrufin għal abbilta’ u t-twemmin fihom infushom.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                                                

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra ser ikun il-mument li int trid tkun f’linja ma’ dawk ta’ madwarek.  Wasal il-mument li tifhem aktar il-messaġġ li dawk ta’ madwarek qegħdin jippruvaw jagħtuk sabiex grazzi għal dan int tista’ tgħaraf aħjar dawk il-vera bżonnijiet li hemm meħtieġa.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas Sibt. 
  • Libra huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu.  Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                                                             

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser ikun il-mument li issa tibda tħaddem aħjar il-finanzi tiegħek, hekk li wara tant ġimgħat issa tista’ tkun f’qagħda finanzjarja aħjar.  Issa għandek pożizzjoni aktar ċara u b’hekk tista’ tippjana aħjar il-proġetti futuri tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Scorpio huma magħrufin għal istabbilta’ tagħhom.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                                              

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser ikun il-mument li tkun aktar kawt fl-imħabba.  Issa dak li għalik kien ta’ ċerta ħsibijiet spiċċa u issa b’mod aktar trankwil tista’ tħares b’lenti b’mod aktar differenti lejn din l-imħabba sabiex b’hekk tkabbar dak li vera tixtieq.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. 
  • Sagittarius huma magħrufin għal flessibilta’ tagħhom.  Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                                       

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser ikun il-mument ideali sabiex tgħaraf mill ħbieb li int għandek fil-preżent min vera huwa jew mhux sinjifikanti għalik.  Hemm bżonn li dan tkun tafu sabiex int ma tibqax taħseb ħażin f’kullħadd u tkun tista’ tafda aħjar.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. 
  • Capricorn huma magħrufin għal abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                                   

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser ikun il-mument li int trid tgħaraf iżomm lura minn sitwazzjoni li jista’ jkun tkun ta’ problema fil-futur.  Għalhekk huwa ferm importanti li ma twebbisx rasek għax dan jista’ jkollu aktar konsegwenzi ‘l quddiem.  Għalissa uża moħħok u għamel pass lura.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Aquarius huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom.  Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                                           

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser ikun mument li int tagħmel ftit ġranet lura minn ċerta attivitajiet.  Hemm bżonn ta’ ftit mumenti waħdek dan sabiex tkun kapaċi twettaq dik ir-reflessjoni li tant għandek bżonn u taf li fil- ġimgħat li ġejjin għandek twettaq ċerta deċiżjonijiet.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Pisces huma magħrufin kemm huma umli. Namaste 

Il-qarrejja jistaqsu

Dawn l-ittri li ġew magħżula għal dan l-artiklu ser jingħataw rigal l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi L-Oroskopju minn PaulJon bħala apprezzament u għalhekk inkompli inħeġġeġ lilkom qarrejja ta’ din il-paġna sabiex tkomplu tibgħatu kemm il-mistoqsijiet tagħkom, is- suġġerimenti tagħkom u komplu ipparteċipaw waqt il-kompetizzjoni li jien inwassal kull ħmistax. 

L-ittra hi mibgħuta minn Sarah żodjaku ta’ Virgo minn San Giljan fejn xtaqet tkun taf jekk hux xi ħaġa ħażina li wieħed imur jaqra xortieħ. 

Xtaqt nagħlaq b’din l-ittra bit-tama li nitgħallmu nużaw kliem aħjar. Meta persuna titlob dan is-servizz ma tmurx sabiex tiġi mogħtija xi numri sabiex tirbaħ il-lotterija. Min jagħmel hekk ikun qiegħed jaħli l-ħin. 

Persuna tmur sabiex tingħata dik il-gwida partikolari fuq sitwazzjoni personali dwar l-imħabba u din l-aktar li tispikka. Imbgħad hemm gwida dwar il-finanzi jew jekk hemmx xi enerġija ħażina jew dwar is-saħħa etc… u għal dawn ir- raġunijiet BISS persuna titlob gwida u għalhekk ma tkunx qiegħed tagħmel xejn ħażin speċjalment meta tkun taf lil min ser titlob din il-gwida.  

Sfortunatament ikun hemm ħafna li joffru xi forma ta’ gwida iżda tkun biss QERQ! Għalhekk importanti li tgħaraf sew lil min titlob din il-gwida. Jien nagħlaq hekk; ix-xorti post wieħed biss issiba, għand tal-banka tal-lottu, u jekk issiba! Namaste.

More in Oroskopju