L-Oroskpju | X'hemm għalik fl-Oroskopju

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 27 ta’ Awwissu sas-Sibt 1 ta’ Settembru 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser tkun dik il-ġimgħa li tagħmlek tgħaraf aħjar int fejn verament tixtieq tasal.  Għalkemm dan l-aħħar kont bejn salib it-toroq issa huwa dak il-waqt li tgħaraf dik id-direzzjoni ideali għalik.  Għalhekk ħares il-quddiem b’għaqal. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Ruby. Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                               

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tifhem aħjar l-aspett tal-imħabba.  Għalkemm int kellek bosta esperjenzi mħalltin int taf kemm verament sibt dak li xtaqt u għalhekk issa għandek tgħaraf tgħaqad dak li dejjem xtaqt. Dan għandu jkun mument feliċi għalik. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Tiger’s Eye. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                               

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa li tgħaraf aħjar it- triq li għandek taqbad minn issa.  Għalkemm fil-preżent qiegħed tikkumbatti ma’ bosta fatturi dan ser jgħaddi u bl-esperjenza vasta tiegħek dan ser ikun ta’ benefiċċju għalik sabiex tkattar l-istabbilta’ tiegħek b’aktar determinazzjoni. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Moon Stone.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                  

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser tkun dik il ġimgħa li int trid tgħaraf eżattament liema parti tal-karriera hija l-aktar vijabli għalik.  Issa ma tridtx toqgħod tħabbel rasek fuq diversi aspetti differenti f’dak li int twettaq.  Issa wasal il-waqt għal direzzjoni waħda, dik vijabli għalik. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Celestine  Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tkun dik il-ġimgħa li tħares aktar lejn saħħtek.  F’dan il-mument saħħtek għanda bżonn dik l-attenzjoni partikolari u għalhekk għaraf li tieħu dawk il-miżuri kollha meħtieġa fejn hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni. Għalhekk wettaq dak kollu meħtieġ.

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja Rose Quartz. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                         

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo għandek twettaq aktar għarfien ta’ bilanċ bejn il-karriera u l-familja.  Issa għadek fil-waqt li twettaq dan il-bilanċ b’mod li kollox ikun kif int verament tixtieq.  Tħallix dan il-waqt jaħrablek għax tkun tlift okkażjoni biex tkun aktar kuntent. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Sapphire. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                  

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra hi dik il-ġimgħa li int minn issa trid taħseb għal dawk il-miżuri ġodda li taf li trid twettaq fil-ġimgħat li ġejjin.  Għalhekk aħtaf din l-okkażjoni sabiex tħejji skeda u b’hekk int tkun tista’ timxi b’mod organizzat f’dawn il- miżuri li ser ikun hemm bżonn li twettaq.  

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Quartz Opal Aura.  Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                              

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio hi dik il-ġimgħa ta’ rifflessjoni profonda ta’ għarfien ta’ dawk il-proġetti li int fix-xhur li ġejjin għandek twettaq.  Grazzi għal rifflessjoni li hemm bżonn li twettaq int ser tkun f’qagħda aħjar sabiex tibni stabbilta’ soda lejn dawn il-proġetti. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Peridot.  Namaste  

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru   

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgħa fejn trid tgħaraf fejn din l-imħabba qegħda twasslek.  Wara bosta xhur fejn int għamilt dak kollu li stajt f’din l-imħabba wasal il-waqt li tgħaraf eżatt fejn tixtieq tasal. Huwa għalxejn li twettaq aktar sforzi għax dak li kellek toffri offrejtu.  Issa wasal il-waqt li tanalizza.  

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Amethyst.  Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar     

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik ghalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa li int tibda torganizza aħjar il-madwar tiegħek.  Ovvjament għal diversi raġunijiet int ma stajtx twettaq dan iżda issa li għandek il-ħin huwa tajjeb li tibda twettaq sabiex grazzi għal dan int tkun organizzat.  Dan jagħmlek tħares il-quddiem b’aktar fokazzjoni. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Aurora Quartz.  Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tkun dik il-ġimgħa fejn int tgħaraf aħjar il-madwar tiegħek f’kemm int f’pożizzjoni ideali sabiex twettaq ċerta deċiżjonijiet minħabba xi direzzjoni ġdida.  Għalhekk wettaq rifflessjoni bejn dak li għandek fil-preżent ma’ dak li jista’ jkollok fil-futur. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mill-Infinite Stone. Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                          

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser tkun dik il-ġimgħa li twettaq analiżi profonda dwar il-qagħda finanzjarja tiegħek hekk kif qiegħed tesperjenza ċerta żbilanċ.  Int trid tgħaraf ikollok aktar kontrol sabiex din is-sitwazzjoni preżenti ma toħloqx kumplikazzjonijiet fil-futur.  Għalhekk analizza l-infieq tiegħek aħjar.   

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mir-Rose Quartz.  Namaste 

Il-Qarrejja jistaqsu

Matul dawn ix-xhur irċivejt bosta korrispondenza minn għandkom il-qarrejja ta’ dan l-artiklu u għalhekk ħassejt li għandi nwieġeb uħud mill bosta mistoqsijiet ferm interessanti li intom il-qarrejja ta’ din il-paġna tibgħatu minn ġimgħa għal ġimgħa.  

Dan juri kemm din il-pagna kibret u kemm qegħda tkun segwita. Grazzi għal dan qiegħed inħoss fija dik il-motivazzjoni sabiex dejjem inwassal artikli interessanti.  

L-ewwel ittra magħżula hi mibgħuta minn Sharon miż-żodjaku ta’ Gemini minn San Gwann fejn xtaqet tkun taf x’inhi d-differenza bejn oroskopju ġenerali u oroskopju personali. Meta jien inwassal l-oroskopju kemm fil-gazzetti kif ukoll fuq il-mezzi soċjali, televiżjoni jew radju dan ikun oroskopju mfassal b’mod aktar miftuħ, imsejjaħa in generali, pero’ sabiex wieħed ikollu oroskopju personali jkun hemm bżonn id-data tat-twelied u anka il- ħin tat-twelied ta’ dik il-persuna partikolari sabiex  jiġi mwettaq dak l-oroskopju personali b’mod aktar iddettaljat Namaste

More in Oroskopju