Oroskopju | It-tieni ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Gemini

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon, mill-Ħadd 28 ta' Mejju sas-Sibt 3 ta' Ġunju

Għaliex iż-żodjaku ta’ Gemini huwa meqjus bħala l-aktar żodjaku b’saħħtu fil-kalendarju żodjaku? Skont it-teoloġija Griega fl-astrologija, iż-żodjaku ta’ Gemini huwa meqjus bħala s-suprem minħabba l-intelliġenza tagħhom, l-għerf li jipposedu, l-kommunikazzjoni tajba ma’ kwalunkwe ġeneru, fil-gwida li huma kapaċi joffru, mentalment dejjem iffukati fuq proġetti jew ideat ġodda u dan jagħmilhom dejjem immotivati.  

Is-simbolu taż-żodajku ta’ Gemini jirrapreżenta t-tewmien li fit-teoloġija Griega magħrufin bħala Castor u Pollux. Ommom kienet Athena li kellha l-qawwa tal-għerf, determinazzjoni fit-tmexxija u li din qatt ma kienet toħroġ telliefa iżda li dejjem kienet tkun rebbieħa. 

Il-Qmura ta’ Gemini huma sinifikanti ħafna u joffru diversi opportunitajiet flimkien ma’ ideat ġodda, jagħtuna dik il-ħeġġa li titkattar aktar motivazzjoni waqt li jkomplu jsaħħu d- dedikazzjoni lejn dawk l-asppeti l-aktar bżonjużi. Ser nesperjenzaw l-ewwel il-qamar kwinta li ser nesperjenzawh nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju waqt li n-new moon ser nesperjenzawh nhar il-Ħadd 18 ta’ Ġunju. Dawn żewġ qmura li jistaw ibidlu kif nagħrfu aħjar u aktar lilna nfusna.  

Personaġġi magħrufa maż-żodjaku ta’ Gemini huma Marilyn Monroe, Clint Eastwood, Angelina Jolie, Xi Jinpring, Johnny Depp, Tom Holland , Donald Trump , Nicole Kidman, Liam Neeson, Prince Phillip, Sir Paul McCartney, Boris Johnson , Morgan Freeman, Boris Johnson , John F Kennedy u Prince Phillip fost ħafna oħrajn. 

 Għal aktar tarif għandek taqra l-pubblikazzjoni l-ġdida tiegħi "l- Oroskopju minn PaulJon" fejn issib xahar b-xahar kemm l-oroskopju tiegħek. Għal aktar informazzjoni ibgħat sms fuq 79495804 jew 99013600. Namaste. 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April         

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Aries se jipprovdilek li int tgħaraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din ma’ tikkawżalekx żbilanċ f'dak li hemm madwarek fil-preżent. Però jekk int ma’ ssibx tgħaraf din it-taqbida din taf toħloq xi konsegwenzi madwarek. Għalhekk għaraf kun imħejji sew u wettaq rifflessjoni.    

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Aquamarine. 
  • Aries huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste. 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Taurus, se jipprovdilek sitwazzjoni fejn int minn issa trid tgħaraf tikkumbatti l-pressjoni ta’ ħidma li int involut fiha fil-preżent minħabba l-pressjoni ta’ responsabbiltà li int qiegħed iġorr. Għalhekk għaraf addatta forma ta’ skeda ġdida sabiex issib bilanċ aħjar. Analizza sew.   

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Moonstone. 
  • Taurus huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju     

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik l-istess Gemini, se jipprovdilek sfida ġdida fil-madwar komplut tiegħek u dan sabiex minn issa tgħaraf jekk hux vijabli timxi ma’ dak li int għandek madwarek jew tibda ħajja kompletament ġdida. Għalhekk issa trid tgħaraf aktar ir-responsabbiltà tiegħek ħalli tkun kapaċi tikkontrolla aktar u tgħaraf aħjar dak li hemm riesaq lejk.  Analizza sew.

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi s-Sapphire.  
  • Gemini huma magħrufin għall-indipendenza tagħhomNamaste.  

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Cancer, se jkun il-waqt ta’ aktar għaqda lejn dak li dan l-aħħar bħal qisek tlift il-kontroll tiegħu. Għalhekk għaraf dak kollu li hemm madwarek u meta dan iseħħ int se tgħaraf kemm il-ħajja ta’ madwarek hija aħjar, hija ta’ valur u ta’ inspirazzjoni. Dan għandek tgħarfu u tanalizzah sew.    

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Amethyst. 
  • Cancer huma magħrufin għal ispontanjeta’ tagħhomNamaste.  

 Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Leo, se jwassalek biex tgħaraf eżattament x'vera trid kemm fil-karriera kif ukoll fil-ħajja personali tiegħek. Int ma tistax tibqa' taħrab mir-realtà għax b'hekk qiegħed tikkrea ċirku negattiv li dan jista’ jibda joħloq sitwazzjonijiet ta’ diffikultà madwarek. Għalhekk għaraf aktar ir-realtà.    

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi r-Rose Quartz. 
  • Leo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste.  

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Virgo, se jkun qiegħed iwasslek għal rifflessjoni profonda ta’ dak li hemm bżonn tibni.  Issa riesaq il-mument biex tagħmel xi rtokki personali u grazzi għal dawn l-irtokki dawn għandom iservuk biex proġetti jew ideat ġodda jistaw iseħħu. Għaraf kemm int għandek aktar potenzjal u wettaq rifflessjoni profonda. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi t-Topaz. 
  • Virgo huma magħrufin għal abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste.  

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Libra, se jkun mument ta’ aktar rifflessjoni u konċentrazzjoni dwar il-karriera tiegħek.  Dan huwa mument fejn int trid it-tejjeb dak li huwa l-aktar meħtieġ u tgħaraf biss x'hemm bżonn aktar li jkun vijabli għalik u dak li ma tridx tnaqqsu u dan sabiex int tkun tista’ ssib aktar bilanċ fil-ħajja personali tiegħek. Analizza.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Opal. 
  • Libra huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu. Namaste.  

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Scorpio, se jkun mument ta’ sfida biex tgħaraf iżjed dawk il-valuri ta’ madwarek. Jista’ jkun li int persuna li ma tapprezzax biżżejjed u għalhekk dan huwa dak il-mument ideali fejn int għandek tgħaraf aħjar sabiex din is-sitwazzjoni tirranġa u b’hekk tasal għal aktar stabbiltà. Wettaq rifflessjoni.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi r-Ruby. 
  • Scorpio huma magħrufin għal istabbiltà tagħhomNamaste. 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru   

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Sagittarius, se jagħmlek tgħaraf aktar kemm int kapaċi tkun aktar ikkonċentrat u b’hekk issa se tgħaraf li dan huwa dak il-mument li se jwasslek lejn dik il-motivazzjoni meħtieġa. Persuna mill-passat se twassallek gwida li permezz tagħha din se tagħtik dik l-inspirazzjoni meħtieġa f’dak li hemm bżonn jibda jitwettaq minn issa. Analizza sew. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Jade.  
  • Sagittarius huma magħrufin għal flessibiltà tagħhomNamaste.  

  Capricorn mit-22 ta Diċembru sad-19 ta Jannar  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Capricorn, se jkun dak il-mument għal aktar għarfien ta’ bilanċ kemm bejn il-karriera kif ukoll fir-relazzjoni. Issa wasalt f’dak il-punt li r-relazzjoni trid tagħtiha dak l-ispazju li verament jixraqila. Għaraf l-esperjenza tal-passat bħal mera tiegħek sabiex b'hekk ma’ tkunx qiegħed twettaq l-istess żbalji tal-passat iżda tkompli tissaħħaħ. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Pearl. 
  • Capricorn huma magħrufin għal abbiltà organizzattiva tagħhom. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Aquarius, se jkun mument ta’ rifflessjoni lejn id-direzzjoni fil-karriera tiegħek biex b'hekk jibdew jinfetħulek bosta bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin.  Issa trid tgħaraf kemm int kapaċi tibni lilek innifsek aħjar u taddatta għal dak kollu li hemm riesaq lejk. Għaraf biss li int trid tkun iffokat. Għalhekk wettaq rifflessjoni profonda.     

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi s-Sunstone. 
  • Aquarius huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Pisces, se jkun dak il-mument ideali biex jistimulak fit-tmexxija għaqlija li int tant magħruf għalija u dan sejjer jagħtik dik il-motivazzjoni li kienet naqset xi ftit minn madwarek sabiex b'hekk int terġa tibda tikseb dik il-kunfidenza fik innifsek u b'hekk tħares lejn aktar stabbiltà. Wettaq rifflessjoni. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi t-Turquoise.  
  • Pisces huma magħrufin kemm huma umli. Namaste.

More in Oroskopju