L-Aħħar Ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon mill-Ħadd 14ta’ Mejju sas-Sibt 20ta’ Mejju 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                           

F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries ser ikun mument ta’ aktar determinazzjoni sabiex turi l-vera kapaċitajiet tiegħek u kemm int vera kapaċi fit-twettieq tiegħek u dan żgur ser ikun qiegħed jogħlilek il-moral għal aktar stabbilta’ f’dak li hemm riesaq lejk.  Irriffletti. 

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. 
  • Aries huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju  

F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus huwa l-waqt għal aktar pjanar dwar il-futur tiegħek u kif ser tkun qiegħed tqassam bejn dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent għal dak li għandek ġej fix-xhur li ġejjin.  Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex ikollok pjan ta’ bilanċ. 

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. 
  • Taurus huma magħrufin għall-abbilita’ orġanizzata tagħhom. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju   

F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini ser ikun il-mument li tgħaraf aħjar lilek innifsek u dan ser jagħmlek aktar kunfidenti fit-twettieq li għandek ippjanat.  Ovvjament apparti l-proġetti preżenti hemm oħrajn ġejjin iżda issa ser tħoss dik id-differenza fik innfisek. 

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. 
  • Gemini huma magħrufin għall-ispontanjeta’ tagħhom. Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer ser ikun il-waqt ta’ għarfien aħjar dwar kif int tista’ tqassam dak li int għandek bħalissa.  Xi kultant qiegħed tħoss toqol u tħossok mitluf iżda dan ser jinbidel u ser tibda tgħaraf aħjar. 

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. 
  • Cancer huma magħrufin għall-abbilta’ u t-twemmin fihom infushom. 

  Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

 F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Leo ser ikompli jikkonferma kemm int persuna li akkost ta’ kollox trid tasal u twettaq dak kollu li hemm ġewwa fik.  Ovvjament int kapaċi tgħaraf ukoll li kollox ikun imwettaq b’aktar għaqal u dan sabiex kollox ikun imwassal kif għandu jkun.  Analizza.  

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. 
  • Leo huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

 F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo ser jagħmlek tifli b’aktar reqqa dak it-twettieq li tixtieq twettaq fix-xhur li ġejjin.  L-esperjenza għalmietek ma taġġilx iżda li tanalizza b’reqqa kull deċiżjoni rigward il-futur tal-karriera tiegħek. Għalhekk għaraf idħol fil-profond tiegħek.  

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. 
  • Virgo huma magħrufin għall-istabbilita’ tagħhom. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Libra ser ikun il-waqt li minn dak li kont qiegħed tħossok inċert issa tgħaraf li int qiegħed f’pożizzjoni aħjar kif għandek tiddeċidi.  Għalhekk issa li int qiegħed tħossok ferm aħjar wettaq dak li huwa meħtieġ u b’hekk int tissaħħaħ.  

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. 
  • Libra huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

 F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio ser ikun il-forza tiegħek sabiex tegħleb dak il-mewġ li qiegħed iħabbat lejk.  Mewġ li sa issa żammek milli tkattar dak li tixtieq iżda int dan issa ser tkun kapaċi twettqu.  Għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek.  

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. 
  • Scorpio huma magħrufin kemm huma umli. Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius huwa dak il-mument li tagħraf aħjar il-ħajja li int għażilt.  Int ssa ma tistax tibqa marbut mal-passat u issa għażilt il-pass il-quddiem.  Għalhekk ħalli warajk il-passat u ffokka biss lejn il-preżent.  

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. 
  • Sagittarius huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

 F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn huwa l-waqt li jekk int taħseb li dak li int qiegħed tesperjenza huwa affidabli għalik allura kkonċentra fuq dak biss u tħares lejn xejn aktar.  Tipprovax tmur għal xi ħaġa oħra u kkonċentra biss fuq dak li għandek.   Analizza. 

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. 
  • Capricorn huma magħrufin bhala persuni emozzjonali ħafna. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

 F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius huwa l-mument għal gwida minn xi ħadd li int verament tafda.  Taf li wasalt li għandek bżonn forma ta’ gwida f’dak li int tixtieq tkompli twettaq.  Għalhekk din il-gwida għaraf ħuda minn għand dik il-persuna li verament tafda. 

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. 
  • Aquarius huma magħrufin għall-flessibilita’ tagħhom. Namaste  

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

 F’din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces ser ikun il-waqt għaqli għalik sabiex tkompli bid-tibdil li int bdejt twettaq.  Tibdil li qiegħed jibdel il-ħajja tiegħek lejn aktar stabbilta’.  Għalhekk kompli miexi u taqtax qalbek.  Għalkemm kull tibdil iġib miegħu ċertu sagrifiċiji xorta ibqa miexi. 

  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. 
  • Pisces huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste  

More in Oroskopju