It-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Taurus

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon mill-Ħadd 30 ta' April sas-Sibt 6 ta' Mejju 

Bħal kull żodjaku ieħor dan iż-żodjaku ta’ Taurus se jwasslilna żewġ qmura oħra ferm interessanti kemm dak tan-New Moon kif ukoll il-Qamar Kwinta. Dawn dejjem joffrulna dawk id-diversi aspetti ta’ benefiċċji f’enerġija pożittiva tant bżonjuża kemm fil-ħajja personali tagħna kif ukoll f’dik il-ħajja ta’ madwarna li dejjem ikun hemm ħtieġa ta’ motivazzjoni. Dawn iż-żewġ qmura taż-żodjaku ta’ Taurus se jkunu qegħdin iwassluna għal tfassil aktar profond, f’dak li jkun irid jibda jitwettaq kemm fl-ideat, proġetti jew sitwazzjonijiet oħra li rridu naraw li jkunu attwati fix-xhur li ġejjin. 

Is-sinjifikat tal-qmura minn dejjem jiġbed dik l-attenzjoni tal-bniedem biex jagħraf l-aspett ta’ dik il-gwida partikolari li kull fażi tal-qamar tista’ toffri lejn dawk il-miri meħtieġa u gwida lejn ċerta deċiżjonijiet importanti fil-ħajja tagħna. Għalhekk żgur li l-qamar jibqa' sinjifikanti mal-mhedda taż-żmien lejn il-mixja tagħna għal dik l-istabbiltà tant meħtieġa.  

Niġu għaż-żewġ qmura ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus fejn diġà esperjenzajna l-ewwel qamar dak tan-New Moon li seħħ nhar il-Ħamis 20 ta’ April u 15 il-ġurnata wara se nkunu qegħdin nesperjenzaw il-Qamar Kwinta, li jkun qiegħed iseħħ il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju. 

Dejjem maż-żodjaku ta’ Taurus jibbenefikaw ukoll b’mod dirett dawk li jiffurmaw l-istess element taż-żodjaku ta’ Taurus li huwa l-element tal-art, biż-żewġ żodjaki ta’ Virgo u Capricorn ikunu minn ta’ quddiem nett li jibbenefikaw minn żodjaki oħra.  

Tajjeb tkun taf li l-qmura kwinta jvarjaw minn żodjaku għal ieħor u dan jista’ jkun fil-kulur li jidhru. Hemm qmura kwinti li jkunu jidhru aktar ħamranin, oħrajn kaħlanin jew safranin. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                     

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Aries, se tkun ġimgħa ta’ ispirazzjoni lejn dawk ix-xewqat li int għandek fik innifsek. Tibżax tibda twettaq dawn ix-xewqat għax b’hekk int se tkun qiegħed tħossok riesaq lejn diversi aspetti ġodda. Analizza sew. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 
  • Aries huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                             

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus se tkun ġimgħa fejn int issa trid turi kemm int kapaċi f’dawk il-miri li rnexxilek tilħaq. Int taf li kullħadd qiegħed jistenna minnek ċerta riżultati u għalhekk trid turi li int vera kapaċi. Aktar minn hekk għaraf imxi b’pass għaqli.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Taurus huma magħrufin għas sensittività tagħħom. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                              

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Gemini, se tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar organizzat. Għalkemm int dejjem tkun imħejji u preparat sew, minħabba l-ħafna ideat, trid iżomm lilek innifsek organizzat. Dan jawgura tajjeb biex ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet.  Għalhekk kun imħejji tajjeb għal dak li riesaq lejk.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. 
  • Gemini huma magħrufin għal gwida li jafu joffru. Namaste.  

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Cancer, trid tkun ġimgħa ta’ aktar dixxiplina miegħek innifsek b’mod speċjali fl-ikliet tiegħek fejn f’dawn l-aħħar ġimgħat b’dejt tinkwieta minħabba bidla fid-dehra tiegħek. Għalhekk kun aktar id-dixxiplinat għal mod ta’ kif inti tiekol u analizza.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ kommunikazzjoni pożittiva. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                   

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Leo, se tkun ġimgħa ta’ aktar ħeġġa. Dawn l-aħħar ġimgħat bħal qisek tlift dik il-ħeġġa li tkun aktar attiv u aktar int innifsek. Dan issa ħallih warajk. F’dan il-bidu issa ħares biss lejn il-ġimgħat li ġejjin biex terġa' tingrana għal aktar stabbiltà. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa hu dak tat-Tnejn. 
  • Leo huma magħrufin għal abbilta’ u t-twemmin fihom infushom. Namaste. 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                               

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Virgo, se tkun ġimgħa li int tħejji għal pawża qasira mir-rutina tiegħek. Dan l-aħħar int bdejt tesperjenza ċerta nuqqasijiet. Għalhekk dan huwa l-waqt biex tieħu pawża żgħira u b’hekk wara tidħol lura aktar frisk, aktar int innifsek għall-ħidma tiegħek li tant tagħtik sodisfazzjon. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Virgo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda. Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                            

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Libra, se tkun ġimgħa fejn int trid tgħaraf aħjar il-finanzi tiegħek l-aktar dwar ċerta nfieq li dan l-aħħar bdejt tesperjenza u li ma stajtx ikollok kontroll għal dan. Iżda issa trid twettaq bilanċ aktar sod biex terġa' tkun f’pożizzjoni aħjar dwar l-infieq finanzjarju tiegħek. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ l-Erbgħa. 
  • Libra huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste.  

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Scorpio, se tkun ġimgħa fejn int tibda tanalizza aħjar il-pożizzjoni tiegħek lejn diversi sitwazzjonijiet. Int taf li qiegħed tesperjenza ċerta problemi li xi kultant qegħdin ifixklu l-pjanijiet tiegħek. Għalhekk matul din il-ġimgħa wettaq analiżi profonda ħalli ssib kontroll sinjifikanti. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 
  • Scorpio huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste. 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru   

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Sagittarius, se tkun ġimgħa ta’ perjodu ferm interessanti u ferm pożittiv. Issa int qiegħed tgawdi mill-istess mument taż-żodjaku tiegħek u trid tgħaraf taħtaf kull opportunità sabiex f’dawn l-erba’ ġimgħat tilħaq diversi aspetti li żgur għandom ikunu ta’ tkattir għalik personali. Irriffletti.  

  • L- aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt 
  • Sagittarius huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                          

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Capricorn, se tkun ġimgħa li trid iżomm kalm u ma tgħaġġilx fl-ebda deċiżjoni li int tkun trid tieħu f’dawn il-ġimgħat li ġejjin. Int taf li hemm deċiżjonijiet jistennewk u għalhekk barra li ma tieħux deċiżjonijiet magħġla aħseb u analizza sew.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Capricorn huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                         

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Aquarius, se tkun ġimgħa li int trid tagħmel analiżi dwar l-esperjenzi tal-passat. Grazzi għal din l-analiżi int ser tkun f’qagħda aktar pożittiva dwar il-mixja lejn dak li tixtieq. Il-passat żommu biss bħala tagħlima u ħares u imxi biss il-quddiem.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. 
  • Aquarius huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom. Namaste. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                    

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Pisces, se tkun ġimgħa fejn int trid tifli ferm sew dak li int għandek illum ma’ dak li int tixtieq takkwista fil-ġimgħat li ġejjin. Ovvjament taf li dak li hemm riesaq lejk se jkun ta’ responsabbiltà ferm aktar u għalhekk f’dan il-waqt wettaq rifflessjoni profonda.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. 
  • Pisces huma magħrufin għal immaġinazzjoni tagħhom. Namaste. 

More in Oroskopju