Oroskopju | Il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Pisces

L-oroskopju u kompetizzjoni mwassla mill-astroloġista u awtur Paul Jon mill-Ħadd 2 ta' April sas-Sibt 8 ta' April

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik l-istess Aries, se tkun dik il-ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ issib aktar spazju għalik innifsek. Il-ħidma tiegħek hija bżonn, iżda l-ħin għar-rilass huwa bżonnjuż għal saħħtek u għalhekk għaraf sib aktar ħin ta’ rilass għalik. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                      

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik l-istess Taurus, se jkun mument li jdaħlek aktar fil-konfini profondi tal-madwar tiegħek.  Issa għandek iċ-ċans tanalizza sew x’hemm bżonn jitwettaq biex iċ-ċirku sħiħ tiegħek ikun dak li verament tixtieq u għalhekk wettaq dan b’għaqal. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni lejk ġej minn Capricorn. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labradorite. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Gemini, se tkun fażi fejn trid tgħaraf tkun magħqud u determinat aktar biex tasal fejn int tixtieq u dan minħabba li int bħalissa qiegħed issib diffikulta biex tasal fejn verament int tixtieq. Għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste. 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Cancer, trid tgħaraf tkun aktar ibbilanċjat dwar dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent.  Xi kultant ma tridx tkun rasek iebsa u trid tgħaraf tifhem lil dawk ta’ madwarek biex wara tkun tista’ twettaq analiżi profonda u tasal għal dik il-konklużjoni. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni lejk ġej minn Taurus. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                    

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Leo, huwa mument li int tarbel sew dak li hemm jinħtieġ li jseħħ. Tibżax minn dak li jista’ jseħħ wara dan. Żgur li dan ser ikun ta’ tkattir f’dik l-istabbiltà li tant tixtieq u għalhekk kun kuraġġuż u għaraf il-bidla.  

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste.  

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Virgo, hija ġimgħa li grazzi għal dan iż-żodjaku int tista’ ssib dak il-ħin għalik waħdek u tgħaraf eżattament x’inhu siewi għalik kemm għal ġimgħat li ġejjin kif ukoll għall-futur tiegħek. Ftakar li ż-żmien ma jistenna lil ħadd. Analizza. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. 
  • Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Quartz. Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Libra,  huwa mument li għandek tgħaraf sew x’tista titgħallem mill-esperjenzi tal-passat.  Żgur li minn dawn hemm ħafna x’tista’ tgħaraf u għal dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Ma hemm xejn ħażin li dak li esperjenzajt tkun kapaċi twettqu fil-preżent iżda minn aspett pożittiv. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarine. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Scorpio, hija dik il-ġimgha li se ġġiblek dik il-ħeġġa u determinazzjoni li tant għandek bżonn fil-preżent. Iż-żmien ta’ monotonija ħallih warajk u issa għandek iċ-ċans tkattar dak li tħoss. Għalhekk għaraf ikkonċentra lejn il-pjanijiet li għandek. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste. 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru   

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Sagittarius, hija ġimgħa li tgħaraf dak li huwa biss ta’ ġid għalik. Int ma tistax tibqa' miexi fuq dak li ħaddieħor ikun qiegħed jitlob minnek. Dan huwa l-waqt għalik biex tgħaraf timxi biss lejn dak li int tixtieq. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Capricorn, huwa dak il-mument li tkompli miexi ma’ dak li bdejt f’dawn il-ġimgħat.  Għalkemm għadek mhux konfidenti biżżejjed taqtax qalbek għax fil-ġimgħat li ġejjin se tgħaraf issib dik il-kuntentizza. 

  • Iż-żodjaku li se jofrillek motivazzjoni ġej minn Aries. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Tigers Eye. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Aquarius, hija ġimgħa fejn għalkemm qiegħed tafaċċja diversi ċirkostanzi u bħalissa mhux qiegħed f’pożizzjoni tant tajba, xorta waħda trid tikkumbatti. Ibda minn dawk iċ-ċirkostanzi l-aktar ibsin biex issolvihom u żgur li tintela b’aktar ħeġġa għal bqija. Dan basta li tkun id-determinat. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Pisces, trid tagħmel analiżi profonda dwar it-tqassim finanzjarju tiegħek b’mod aktar ibbilanċjat. Għadek fiċ-ċans li jkun hemm bilanċ aħjar fil-mod kif tqassam il-finanzi tiegħek. Għaraf sew biex ma tagħddix minn dak li esperjenzajt fil-passat. Analizza. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Onyx. Namaste.

Kompetizzjoni ma' PaulJon

Kun fiċ-ċans illi tirbaħ: 

  • Vawċer għall-publikazzjonijiet ta' PaulJon jew
  • Vawċer għat-trattamenti ta' sbuħija jew fitness classes mingħand Graziella Miruzzi

Kulma għandek tagħmel huwa li twieġeb din il-mistoqsija: 

Iż-żodjaku ta' Aries ma' min jikkombina fl-imħabba? Maż-żodjaku ta' Libra, ma' ta' Sagitarrius jew ma ta' Virgo

Ibgħat it-tweġiba tiegħek billi tibgħat SMS fuq 79495804 jew fuq il-paġna ta' Facebook "PaulJon13". 

More in Oroskopju