Oroskopju | Il-qmura taż-żodjaku ta' Aries

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon mill-Ħadd 26 ta' Marzu sas-Sibt 1 ta' April

F’dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries f’dan il-bidu tal-kalendarju żodjaku 2023 - 2024, bħal kull żodjaku ieħor, se jkun qiegħed iwasslilna ż-żewġ qmura tiegħu kemm dak tan-New Moon kif ukoll dak tal-Qamar Kwinta. Żewġ qmura b’kunċetti differenti u f’direzzjonijiet differenti minn kull aspett.  

Hekk li dawn iż-żewġ qmura se jkunu qegħdin iwasslulna dik l-enerġija u ispirazzjoni pożittiva meħtieġa fil-fażijiet rispettivi tagħhom, waqt li diġà esperjenzajna n-new moon nhar it-Tlieta, 21 ta’ Marzu, new moon li offrilna tliet aspetti interessanti li huma: 

  • Il-bidu tal-Kalenderju żodjaku 2023-2024;
  • Il-bidu tal-ewwel żodjaku ta’ Aries;
  • U l-bidu tal-istaġun ġdid dak tar-rebbiegħa.   

Il-benefiċċji li dan in-new moon se jkun qiegħed joffri liż-żodjaki ta’ Aries, ta’ Leo, ta’ Sagittarius, ta’ Libra, ta’ Cancer, ta’ Virgo u ta’ Gemini fejn dawn iż-żodjaki se jesperjenzaw diversi aspetti importanti fosthom aktar konċentrazzjoni diretta dwar dak li rridu naddattaw għal pożizzjoni tagħna. 

Minn naħa tal-ewwel qamar kwinta se nkunu qegħdin nesperjenzawħ il-Ħamis 6 ta’ April qiegħed iwassal liż-żodjaki ta’ Aries, ta’ Leo, ta’ Sagittarius, ta’ Pisces, ta’ Capricorn, ta’ Scorpio, ta’ Taurus u ta' Aquarius żieda ta’ tama' għall-indipendenza tagħhom li forsi qiegħed taqta' lura minnha, se tibda ssib dik is-soluzzjoni meħtieġa, se jkun qawmien mill-ġdid, qawmien ta’ aktar determinazzjoni, qawmien aktar iffokat lejn miri li jinħtieġu li jkunu konklużi, jista’ wkoll jagħtik dik l-enerġija li żidlek aktar ritmu għal motivazzjoni. Namaste. 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April   

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik l-istess Aries, se jkun dak il-mument fejn trid tibda tħejji skeda ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ma’ ippjanar personali u dan se jagħmlek tkun aktar organizzat fit-twettieq ta’ opportunitajiet li hemm resqin lejk u b'hekk tkun tista’ tkattar aħjar l-istabbiltà tiegħek. Analizza.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn 
  • Aries huma magħrufin li huma nies ta’ fehma soda. Namaste. 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Taurus, se tagħraf li dak li kattart fil-karriera tiegħek sa issa, għandek bżonn tatih aktar attenzjoni profonda u ma toqgħodx titlef ħin fi ħsibijiet oħra. Għalhekk, int għandek tibqa' iffokat 100% fuq dak li għandek madwarek. Irrifletti. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Taurus huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste.  

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Gemini, se jkun dak il-mument li tgħaraf aktar ir-responsabbiltà li għandek fil-preżent u wisq aktar għal dik ir-responsabbiltà li hemm riesqa lejk. Dan għall-fatt li f'dak li għażilt bħala direzzjoni ġdida poġġejt lilek innifsek f'aktar responsabbiltà u issa trid turi kemm int kapaċi.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.  
  • Gemini huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste.  

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Cancer, se jkun mument ta’ rifflessjoni profonda dwar dak kollu li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Grazzi għal din l-esperjenza int se tkun tista’ tgħaraf x’inhu l-aħjar pass li għandek twettaq minn issa 'l quddiem u dan għandek twettqu bil-għaqal. Analizza sew.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.  
  • Cancer huma magħrufin għas sensittività tagħhom. Namaste.  

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Leo, se jkun mument li int trid tgħaraf aktar lilek innifsek u dan minħabba li issa taf li ġejjin ġimgħat fejn int ser kollok sitwazzjonijiet li għandhom bżonn ċertu attenzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-mument biex tkun imħejji tajjeb għal dak li hemm riesaq lejk.   

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ kommunikazzjoni pożittiva. Namaste. 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Virgo, se jkun mument fejn se tibda tanalizza aktar kif ser tibbilanċja l-qagħda finanzjarja tiegħek fejn dan l-aħħar kont qiegħed tesperjenza xi problemi. Issa dan se jibda jinbidel u se tibda terġa tara dik l-istabbiltà li int tant magħruf għaliha. Analizza. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Virgo huma magħrufin bħala persuni b'moral effettiv ħafna. Namaste.  

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Libra, se jkun mument li jagħmlek tgħaraf aħjar x'inhu vera utli għalik u hekk se tgħaraf ukoll x'hemm bżonn li int trid tibda ittejjeb minn issa s-sitwazzjoni ta’ madwarek. Ovvjament waħda mid-deċiżjonijiet li se tkun qiegħed tieħu hi biex tkattar il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. 
  • Libra huma magħrufin għal gwida li kapaċi joffru. Namaste.  

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Scorpio, se jkun mument li tgħaraf sew id-direzzjoni meħtieġa dwar il-pjan ta’ proġett li tant ilek tħejji u b'hekk tgħaraf kif dan il-pjan se twettqu fl-aħjar żmien possibli. Għandek tgħaraf ukoll kull possibiltà li dan il-pjan x'effett se jkun qiegħed iħalli madwar il-ħajja tiegħek. Analizza. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.  
  • Scorpio huma magħrufin li jagħrfu jaddattaw għal kull sitwazzjoni. Namaste. 

 Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Sagittarius, se jkun dak il-mument fejn trid tgħaraf iż-żomm kontroll dwar it-tfassil ġdid li qiegħed tħejji. Taf li issa trid iż-żomm ċertu bilanċ f'dak li int twettaq fir-rutina tiegħek biex dan it-tkattir jimxi parallel ma’ tkomplija tal-ħajja tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.  
  • Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jifhmu lil oħrajn. Namaste. 

 Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries għalik Capricorn se jkun dak il-mument fejn int trid tgħaraf tagħti aktar attenzzjoni lejn id-direzzjoni li int issa ħadt. Jista’ jkun li int qiegħed tagħti l-aħjar iżda fil-fatt hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni biex b'dak li int għaraft u ddeċidejt finalment iwasslek fejn verament tixtieq tasal. Għalhekk għaraf sew.   

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. 
  • Capricorn huma magħrufin għall immaginazzjoni tagħhom. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Aquarius, se jkun dak il-mument fejn il-karriera tiegħek se tieħu direzzjoni ġdida, ta’ aktar stabbiltà. Hekk int se tgħaraf kemm il-karriera li int tħaddan qegħda tavvanza 'l quddiem u b'dan se jinfetħulek bosta opportunitajiet, iżda dejjem kun ippreparat.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.  
  • Aquarius huma magħrufin għall motivazzjoni kbira tagħhom. Namaste.

 Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Pisces, se jkun dak il-mument ta’ aktar tkattir b'dik il-ħeġġa ġewwa fik u li trid tkattar aktar il-kunfidenza ġewwa fik u dawn flimkien se jispirawk biżżejjed biex tkattar il-motivazzjoni meħtieġa għal dak kollu li hemm riesaq lejk. Wettaq rifflessjoni profonda. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 
  • Pisces huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste. 

More in Oroskopju