Oroskopju | Il-Qamar kwinta taż-żodjaku ta' Pisces

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon, mill-Ħadd 5 ta' Marzu sas-Sibt 11 ta' Marzu 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Aries, se tkun ġimgħa ta’ għarfien bejn dak li int esperjenzajt fil-passat għal dik li int qiegħed tesperjenza illum. Int għandek biss tiffoka fuq dak li għaddej minnhu fil-mument biex bl-esperjenza kollha li għandek tgħaraf tkattar dak kollu li hemm li riesaq lejk. Tajjeb li tirrifletti.  

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mill-Opal Blue. Namaste. 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Taurus, se jagħmlek tirrifletti iżjed sew dwar dak li int għaddej minnu u b'hekk int tkun f'sitwazzjoni tajba biex tgħaraf tilqa' għal dak li ġej lejk fil-ġimgħat li ġejjin. Jekk taħseb li bħalissa għandek bżonn xi forma ta’ gwida biex tgħaraf tmexxi lilek innifsek għall-aħjar, din tista’ tkun soluzzjoni għalik. Analizza.  

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Ruby. Namaste.

 Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Gemini, se jkun perjodu ta’ iżjed ippjanar dwar opportunitajiet ġodda li kapaċi jiftħulek diversi toroq ġodda. Żgur li int trid tgħaraf temmen iżjed fik innifsek u fil-kapaċitajiet tiegħek biex tkattar dak li riesaq lejk u li int tant tixtieq. Għaraf biss tkun aktar iffokat.                                                                                                                        

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Tiger’s Eye.  Namaste   

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces għalik Cancer ser jagħmlek aktar iffokat, aktar attent u aktar ippreparat minn dak li forsi soltu ma kontx tagħti dik l-importanza u dan minħabba li s-sitwazzjoni ta’ madwarek qiegħed tinbidel.  Għalhekk huwa mportanti li kull sitwazzjoni hi x’inhi tagħtiha dik l-attenzjoni meħtieġa.  Irrifletti sew.     

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Moon Stone. Namaste.  

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Leo, se jagħmlek tgħaraf iżjed il-bżonnjiet personali tiegħek u l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Dan se jagħmlek aktar kunfidenti u dan huwa dak il-bżonn tal-mument u b'hekk int trid tkun aktar imħejji biex tgħaraf tilqa' għal dak li int b'mod aktar dirett qiegħed tħejji għalih. Analizza. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Celesti. Namaste.      

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Virgo, se jagħmlek tgħaraf aktar kif għandek tiddeċidi għal dawk id-deċiżjonijiet li resqin lejk fil-ġimgħat li ġejjin. Dan huwa perjodu delikat ħafna għalik u għalhekk int issa trid tgħaraf biex ma twettaqx deċiżjonijiet mgħaġġla.  Għaraf kun kawt fil-mod kif taħseb. Għaraf dan sew.  

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mil Jade. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru 

F’ dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Libra, ser jkun il-waqt għal dawk l-opportunitajiet ġodda fil-karriera tiegħek fejn dan għalik se jkun xenarju għal tibdil pożittiv. Però issa aktar minn qatt qabel int trid tkun ferm iffokat biex tkompli tkabbar il-madwar komplut tiegħek. Għalhekk tajjeb li tħejji sew lilek innifsek. Analizza.

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mil Quartz. Namaste.  

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Scorpio, se jffisser li trid tgħaraf aktar id-diversi ċaqliq li hemm riesaq lejk. Issa aktar minn qatt qabel trid tgħaraf aħjar dan biex mir-riżultati li tikseb int tgħaraf is-sodisfazzjon tant meħtieġ. Però int trid tgħaraf ukoll iżżomm il-bilanċ madwarek biex ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet. Irrifletti.  

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Quartz Opal Aura. Namaste.  

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Sagittarius, se tagħmlek tgħaraf iżjed dawk il-ħtiġijiet personali. Dan huwa l-mument li tgħaraf aktar lilek innifsek biex b’hekk int tkun tista’ tasal għal dawk il-konklużjonijiet tant mixtieqa minnek. Tibżax minn dan il-pass u għaraf aktar bl-abbiltà li tipposedi. Emmen fejn int verament tixtieq tasal u analizza sew. 

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Peridot. Namaste.

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces għalik Capricorn se jkun perjodu fejn int trid tgħaraf sew dak li int verament tixtieq u mhux dak li ħaddieħor jixtieq minnek. Riesaq iż-żmien li int tgħaraf tegħleb il-biża'. Għalhekk minn issa trid tgħaraf temmen li int kapaċi tasal 'il quddiem. Ovvjament kull pass fiħ is-sagrificju tiegħu iżda wara dan żgur se tkun tħossok dik il-persuna li tant tixtieq. Irrifletti.   

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Amethyst. Namaste.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Aquarius, ser ikun iffisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li bħalissa qiegħed tesperjenza.  Fin-nuqqas ta’ dan jaf ikun hemm forma ta’ xkiel u għalhekk f'dan il-mument trid tgħaraf tuża aktar moħħok u b'dan il-mod biss int tista’ tkompli tħares 'il quddiem lejn dik l-istabbilta’ li int tant tixtieq. Għaraf sew dan.

  • Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. 
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Aurora Quartz. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik l-istess Pisces, se jkun mument ta’ rifflessjoni profonda dwar il-pożizzjoni tiegħek preżenti. Għalhekk issa int trid tgħaraf taħseb b'aktar għaqal. Jekk int jirnexxilek twettaq dan, int se tkun kapaċi tgħaraf iżjed il-ħiliet tiegħek. Għaraf sew dan l-istadju għax dan jaf ikun ta’ mera għal futur qarib tiegħek. Analizza. 

  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio.  
  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mill-Infinite Stone. Namaste. 

Kompetizzjoni ma' PaulJon 

Kun fiċ-ċans illi tirbaħ: 

  • Vouchers għall-pubblikazjonijiet ta’ PaulJon; 
  • Vouchers għal tratttamenti ta’ sbuħija jew fitness classes mingħand Graziella Miruzzi.

Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija:  Iż-żodjaku ta’ Pisces ma’ min jikkombina bħala elemet, maż-żodjaku ta Capricorn?  Ta’ Cancer ? Jew maż-żodjaku ta’ Aries?                                        

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil PaulJon, "ILLUM" Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste.  

More in Oroskopju