Oroskopju | Bidu tat-12-il żodjaku ta' Pisces (1)

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u l-awtur Paul Jon mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Il-Ħadd 19 ta’ Frar se nesperjenzaw it-12 u l-aħħar żodjaku għal dan il-kalendarju żodjaku 2022-2023, dak ta’ Pisces. Dan iż-żodjaku se jkun il-pont bejn it-tmiem u l-bidu u dan dejjem mill-aspett ta’ astroloġija ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-kalendarju żodjaku. 

Fatt kurjuż dwar Pisces huwa li ż-żodjaki kollha huma marbutin ma’ pjaneta; Gemini mal-pjaneta Merkurju, Capricorn mal-pjaneta ta’ Saturnu fost oħrajn. Iżda fatt interessanti hu li ż-żodjaku ta’ Pisces għandu żewġ pjaneti. Fil-fatt għandu l-pjaneta maġġura dik ta’ Nettuno u issekondat mill-pjaneta l-oħra ta’ Ġupiter u dan joffri diversi aspetti interessanti għal dan iż-żodjaku. 

Interessanti wkoll il-fatt li ż-żodjaku ta’ Pisces huwa magħruf bħala l-pont bejn tmiem u bidu ta’ kalendarju żodjaku u dan iffisser ħafna mill-aspett ta’ preparazzjoni għal dak lihemm riesaq lejk kif ukoll għal dak li int tkun tixtieq twettaq fix-xhur li ġejjin. Għalhekk wieħed iħares lejn il-gwida fl-astroloġija permezz tal-kalendarju żodjaku mill-benefiċċju pożittiv tal-oroskopju għal dik il-gwida pożittiva ta’ dak li jkun jista' jwettaq b’analiżi profonda lejn dawk id-direzzjonijiet jew deċiżjonijiet li dejjem ikunu meħtieġa li jkunu mwettqa b’tant għaqal.  

F’dawn il-ġimgħat ta’ tibdil minn kalendarju għall-ieħor wieħed jista' jkollu gwida aktar profonda dwar ċertu aspetti ta’ deċiżjonijiet jew direzzjonijiet bħall-aħjar li jixtri jew jibdel id-dar, l-aħjar żmien għal twelied ta’ tarbija , l-aħjar żmien li tinvesti u tant aspetti oħra. Huwa fatt li ħafna jagħżlu li jimxu ma’ dak iż-żodjaku partikolari għal deċiżjoni jew direzzjoni... Tkompli l-ġimgħa d-dieħla.    

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Aries, se jagħmlek tħoss li int mhux kuntent għal kollox b’dak li int qiegħed tesperjenza bħalissa. Int qiegħed turi li kollox sew u kuntent imma ġewwa fik is-sitwazzjoni hija ferm l-oppost ta’ dan kollu. Għalhekk issa hemm bżonn li tieqaf u tirrifletti dwar x’ vera x’tixtieq twettaq. Irrifletti. 

  • Aries huma magħrufin għal burdati stabbili tagħhom.  Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Taurus, se jkun ifisser li int trid tgħaraf li għadu mhux il-mument opportun biex is-sitwazzjoni ta’ madwarek tkun waħda kompluta kif finalment int tixtieq minħabba xi ntoppi li hemm iduru madwarek. Għalissa kompli ssaħħaħ u iffokka biex meta jingħelbu dawn l-intoppi jkun il-waqt sabiex tkattar kollox. Analizza sew. 

  • Taurus huma magħrufin kemm huma umli. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Gemini, se jagħmlek iffukatt aktar lejn dawk is-sitwazzjonijiet ġodda li int qiegħed tesperjenza fil-preżent u dan ovvjament biex int tkun tista’ tgħaraf iżjed kif se tkompli tavvanza. Għalhekk dan huwa l-mument fejn int trid tgħaraf tuża aktar moħħok biex tħares 'il quddiem b’aktar ħeġġa, għaqal u determinazzjoni. Irrifletti.  

  • Gemini huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Cancer, se jppoġik f’qagħda li trid tikkumbatti aktar mis-soltu biex ċertu pjaninijet li int kellek ippjanati ma jitħarbtux. Għalhekk huwa importanti li waqt li tara kif bl-aktar mod intelliġenti int tkun kapaċi tegħleb dan l-ostaklu biex b’hekk int tibqa għaddej. Aħtaf dan il-mument biex tgħaraf tisaħħaħ aktar. Analizza sew. 

  • Cancer huma magħrufin kemm huma persuni ta’ direzzjoni pożittiva. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwisu 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Leo, se joffrilek dak il-mument biex twettaq eżerċizzju ta’ għarfien ta’ ġenwinità f’dawk li huma viċin tiegħek u li vera tista’ tafda u b’hekk għal dak li hemm maħsub fik ikun jista’ jitwettaq b’aktar serenità u serħan tal-moħħ. Wettaq rifflessjoni profonda. 

  • Leo huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Virgo, se jurik li int ma tistax tibqa' bħal qisek għadek marbut mal-passat. Int trid tara kif dan il-passat, li sfortunatament huwa imwaħħal miegħek, ikun mitmum biex b’hekk int tkompli titkattar u tisaħħaħ lejn dawk l-opportunitajiet sbieħ li hemm resqin lejk. Għalhekk tajjeb li twettaq rifflessjoni profonda. 

  • Virgo huma magħrufin għal abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Libra, se jkun dak il-perjodu fejn int trid twettaq analiżi profonda f’dawk l-aktar sitwazzjonijiet meħtieġa. Int trid tgħaraf issib ftit mumenti biex tara x’hemm bżonn issir madwarek biex b’dan int tkun kapaċi tkompi tħares lejn il-futur aktar stabbli. Huwa ferm importanti li int twettaq dan għal dak it-tkattir li hemm riesaq lejk. Analizza. 

  • Libra huma magħrufin għal ispontanjetà tagħhom. Namaste. 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Scorpio, huwa mument ta’ rifflessjoni profonda kemm dwar il-ħajja personali tiegħek kif ukoll f’dak il-madwar tiegħek. Għalkemm din ir-rifflessjoni se tagħmlek tħossok bħal qisek qiegħed maqbud bejn żewġ toroq importanti li int tgħaraf fejn int verament tixtieq tasal sabiex b’hekk tkun tista’ tibni aħjar lilek innifsek. Irrifletti.  

  • Scorpio huma magħrufin bħala persuni ta’ linja diretta. Namaste. 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Sagittarius, se jkun żmien tajjeb ħafna għalik biex tibda tirranġa dawk l-intoppi li qegħdin ikunu forma ta’ tfixkil. Hemm bżonn li int tgħaraf iż-żomm bilanċ aħjar fil-madwar tiegħek. Għalhekk dan huwa l-aħjar mument li int tista’ tgħaraf id-direzzjoni ideali fit-twettieq li tixtieq. Analizza.

  • Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Capricorn, se jġielek tħoss li int trid tħejji skeda ġdida biex tibda twettaq tibdil madwarek.  Żgur li waħda mit-tibdil hi li int trid issib aktar spazju għalik biex tkun tista’ tirrilassa, tirrifletti u tgħaraf aktar lilek innifsek. Dan huwa dak il-mument li se jagħtik dak id-dawl lejn dawk id-direzzjonijiet li int vera tixtieq. Irrifletti. 

  • Capricorn huma magħrufin għall-attenzjoni. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Aquarius, se jagħmlek aktar lejn iffukat u jqanqal kuraġġ u għal dak li issa int trid tiddeċidi f’dawn il-ġranet li ġejjin, deċiżjonijiet li żgur ser ibidlu l-mod kif kont tqassam il-ġurnata. Għalhekk tajjeb li tħejji aħjar lilek innifsek biex dak li int tiddeċidi jkun biss dak li lilek jagħtik dak li vera tixtieq. Analizza b’għaqal. 

  • Aquarius huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste.  

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’dan il-bidu tat-12 iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik l-istess Pisces, se tkun rifflessjoni profonda dwar il-karriera kemm dik preżenti kif ukoll dwar dak li int qiegħed tistenna fil-futur qarib. Huwa mument fejn issa trid tgħaraf jekk tkomplix tespandi aktar biex minn issa tibda tagħti aktar attenzjoni lejn ħidmietek. Dan żgur se jkompli jsaħħek għal dawk l-opportunitajiet futuri. Analizza b’għaqal. 

  • Pisces huma magħrufin għall-flessibiltà tagħhom. Namaste. 

More in Oroskopju