Oroskopju | It-tliet kristalli ikkombinati maż-żodjaku ta' Aquarius

L-Oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur Paul Jon mill-Ħadd 12 ta' Frar sas-Sibt 18 ta' Frar

X'inhuma t-tliet kristalli ikkombinati maż-żodjaku Aquarius? 

Amethyst: Din il-kristalla hi ikkombinata biex insaħħu aktar dik id-determinazzjoni li tant hemm bzonn. Jekk tkun daħlet xi montonija madwarna din il-kristalla għanda dawk il-benfiċċiji kollha biex treġġa' fina dik id-determinazzjoni barra li ukoll tista' tkun ta' għajnuna fil-mod ta' kif naħsbu b’aktar paċenzja u b’għaqal biex nevitaw ċertu deċiżjonijiet maġġla. 

Moonstone: Din il-kristalla għandha dak il-benefiċċju partikolari li tikkalma l-emozzjonijiet li qed nesperjenzaw. Fil-ħajja nistgħu nesperjenzaw diversi emozzjonijiet kemm fl-imħabba, fis-saħħa, fil-ħidma u anke f'każijiet partikolari oħra. Għalhekk din il-kristalla se tkun hemm għalina biex tagħtina dik l-enerġijja biex inkattru u nisaħħu waqt li jkunu qed jesperjenzaw xi emozzjoni partikolari. 

Black onyx: Din it-tielet kristalla toffri dik il-protezzjoni kontra kwalunkwe negattività li wieħed jista' jesperjenza, tiġi minn fejn tiġi. Toffri ukoll dik l-enerġija ta' kuraġġ fejn tagħtik il-ħeġġa tant importanti u kapaċi tagħtik dik is-saħħa biex tagħraf aħjar fejn tixtieq tmur, liema hi l-aħjar deċiżjoni jew direzzjoni.  

L-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April                                                                      

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Aries, se tkun ġimgħa fejn int trid tkun iffokat fuq dawk il-miri prinċipali li jolqtu lilek b’mod dirett bħal ħin għal eżerċizzju, ħin ta’ rilassament u ħin aktar għalik innifsek. Issa huwa l-mument għalik biex dan ikun għal għarfien stabbli. 

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine.  Namaste.

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                            

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Taurus, se tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar kif tista’ tkun aktar organizzat fl-iskeda tiegħek. Int persuna li tħobb tkun preċiż fit-twettieq tiegħek speċjalment meta trid tieħu xi deċiżjoni. Għalhekk għaraf aħjar l-organizazzjoni tiegħek.  

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Cancer 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste.                                             

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                         

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Gemini, se tkun il-ġimgħa li ħajtek tibda tevolvi lejn il-miri ta’ dawk id-diversi proġetti li int għandek imħejjija. Int issa wasalt għal tarġa oħra fil-ħajja tiegħek, tarġa oħra li se tara lilek innifsek titkattar fil-ħiliet tiegħek.  

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste. 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                         

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Cancer, se tkun ġimgħa li ma tridx taqta qalbek minn dak li qiegħed idur madwarek bħalissa. Huwa vera li hemm sitwazzjonijiet ibsin u trid tkun persuna b’saħħa u determinazzjoni biex finalment kull ostaklu jkun megħlub u int tevolvi.  

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                            

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Leo, se tkun ġimgħa li ma tridx tkun fuq dak li taħseb int iżda hemm bżonn tisma' u tgħaraf ideat ta’ oħrajn biex meta int ikollok dan kollu int tgħaraf tieħu l-aħjar direzzjoni lejn il-miri prinċipali tiegħek u b’hekk tisaħħaħ.  

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Taurus. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                               

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Virgo, se tkun ġimgħa li tanalizza dak li int għandek fil-preżent ma’ dak li int tixtieq tara madwarek fil-futur. Għaraf analizza b’għaqal u tgħaġġilx ħalli dak kollu li int tiddeċidi jkun biss wara li twettaq analiżi profonda u dan żgur ikun pass lejn stabbiltà.  

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aquarius. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru                                                 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Libra, se tkun ġimgħa li int ma tkunx aktar magħluq lejn dawk il-miri biss li għandek.  Wasal iż-żmien li issa, bil-galbu, tiftaħ lilek innifsek aktar għal miri oħrajn li int żgur kapaċi għalihom basta tgħaraf u tanalizza u fejn hemm bżonn tieħu dik il-gwida meħtieġa. 

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste.

 Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru                                           

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Scorpio, se tkun ġimgħa li tgħaraf tkun kuraġġuż lejn dak li qiegħed iseħħ madwarek.   Għalkemm dawn mhux sitwazzjonijiet kif tixtieqhom int, dan irid ikun dak il-mument li int tgħaraf il-kapaċita tiegħek għal meta il-mewġ ikun qiegħed iħabbat kontra tiegħek.  

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Capricorn. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste.

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru                              

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Sagittraius, se tkun ġimgħa fejn int se tifhem aħjar il-kunċett tal-imħabba. Int persuna sensittiva u int taf kemm tħobb bil-qalb iżda int mhux f’qagħda li tieħu lura li tixtieq. Int trid tkompli temmen fik innifsek biex dak li tixtieq finalment iseħħ.  

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Gemini. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste.

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Capricorn, se tkun ġimgħa li issa tibda taħseb aħjar għat tqassim tal-ħin tiegħek bejn il-karriera u d-dar. Issa l-karriera tiegħek hi f’pożizzjoni aktar stabbli u għalhekk issa għandek issib aktar spazju għad-dar tiegħek biex hemm tħossok aktar komdu u aktar int. 

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                    

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik l-istess Aquarius, għanda tkun ġimgħa li tgħaraf min huma dawk ta’ madwarek li verament jixtiequlek il-ġid, dawk li meta tkun f’pożizzjoni żbilanċjata jkunu hemm għalik, jisimgħuk u jgħinuk. Issa huwa l-waqt li tagħraf min huma l-vera ħbieb tiegħek. 

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                            

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Pisces, se tkun ġimgħa li tmur ftit fil-kampanja u hemm fil-kwiet taħseb fil-profond eżattament x’se jkun il-pass li hemm bżonn li int twettaq. Tul dawn l-aħħar ġimgħat ħassejtek bħal wieħed mitluf iżda b’dan il-pass int tista’ tanalizza dak li int verament tixtieq.  

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste. 

More in Oroskopju