Oroskopju | X’hemm għalik waqt iż-żodjaku ta’ Aquarius ?

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u l-awtur PaulJon mill-Ħadd 5 ta' Frar sas-Sibt 11 ta' Frar 

Il-Qmura fil-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius 

Bħal kull żodjaku ieħor il-11 żodjaku ta’ Aquarius joffrilna ż-żewġ qmura tiegħu, in-new moon u l-qamar kwinta. Żewg qmura li għalkemm b’aspetti differenti minn xulxin xorta waħda ta' benefiċċju, kemm għaż-żodjaku ta’ Aquarius kif ukoll għaż-żodjaki l-oħra. Dan b’mod speċjali, iż-żewġ żodjaki ta’ Libra u Gemini li jiffurmaw l-istess element tal-arja ma’ dan iż-żodjaku ta’ Aquarius. 

L-informazzjoni dwar iż-żewġ qmura, li f’dan l-artiklu se nkun qiegħed inwassal dwarhom, huma ovvjament ikkombinati ma’ dan il-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius. L-ewwel li esperjenzajna kien n-new moon nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar. Dan filwaqt li l-qamar kwinta li esperjenzajna kien il-Ħadd 5 ta’ Frar. 

In new moon għal dan iż-żodjaku ta’ Aquarius, iwasslilna diversi aspetti pożittivi. Fost dawn l-aspetti nsibu għarfien aktar organizzativ fejn bla ma rridu nħossuna li hemm bżonn norganizzaw aħjar l-iskeda tagħna, d-dar tagħna jew kif inħejju aħjar lilna nfusna. Hemm ukoll aktar għarfien għas saħħa tagħna u b’dan nagħrfu aħjar x’inhu l-aħjar biex intejbu saħħitna aktar waqt li nagħrfu ftit aktar lilna nfusna. Xi kultant nagħtu wisq lill ħaddieħor iżda meta niġu għalina nfusna neħlu. Għalhekk issa huwa dak il-mument li tgħaraf tagħti aktar importanza lilek innifsek. 

Il-Ħadd 5 ta’ Frar se nkunu qegħdin nesperjenzaw il-qamar kwinta ta’ dan iż-żodjaku ta’ Aquarius fejn dan se jkun qiegħed joffrilna li nagħrfu nkunu aktar iffokati biss lejn dawk il-miri li nistaw verament inwettqu. Xi kultant ikun hemm ħafna miri li nixtiequ imma finalment ikunu ftit li nkunu verament wasalna għalihom. Dan se jipprofdilna bilanċ bejn il-ħidma li nwettqu mal-bilanċ ta’ dawk viċin tagħna, il-familja, il-maħbubin u oħrajn. Aspetti oħra jinkludu tkattir fl-abbilità, ħarsien lejn il-bżonnijiet ta’ madwarna kif ukoll dik ta’ kif se nibdew niffukaw lejn pjanijiet, ideat jew proġetti meħtieġa. Namaste 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April                                                             

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Aries, se tkun ġimgħa ta’ għarfien ta’ bilanċ bejn dak li llum qiegħed tesperjenza għal dak li int taf x’hemm riesaq lejk. B’responsabbiltà aktar profonda sib ħin biex twettaq analiżi profonda biex tkun aktar trankwill meta fil-fatt se tkun qiegħed tesperjenza dan kollu.  

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgha huwa Capricorn. 
  • Aries huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste.

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                    

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Taurus, se tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar ta’ dak li int tixtieq twettaq. Issa int qiegħed f’pożizzjoni aktar ideali biex tgħaraf aħjar dak kollu li int għandek madwarek u b’hekk int tista’ tanalizza aħjar dak kollu biex tkun f’qagħda aħjar għax-xhur li ġejjin. Irrifletti.  

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. 
  • Taurus huma magħrufin li jimxu mal mument. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                     

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Gemini, se tkun ġimgħa fejn int issa trid tkun aktar iddeterminat fid-deċiżjonijiet tiegħek.  Minħabba li bħal qisek inqbadt ġo ħafna sitwazzjonijiet dawn issa taf dwarhom u għalhekk issa għaraf tieħu l-aħjar deċiżjoni ta’ fejn int sejjer. Għaraf biss li int tista’ tkun aħjar minn dak li tinsab fih fil-preżent.  

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo.                                                                                                
  • Gemini huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste. 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                    

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Cancer, se tkun ġimgħa ta’ ħsieb biss tiegħek innifsek. Issa wasal il-mument li tgħaraf biss x’hemm bżonn għalik biex dak li int tħoss tgħaraf tkompli miexi biħ u lejn aktar stabbiltà. Issa ma tistax ma tagħrafx lilek innifsek meta int taf li hemm opportunitajiet resqin lejk. 

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus. 
  • Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effetiv ħafna. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                     

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Leo, se tkun ġimgħa li int tista’ tbiddel u tirranġa b’mod għaqli dak li int qiegħed tesperjenza. Issa li ilek ġimgħat tesperjenza dak li għaddej minnu huwa l-waqt ideali li int kapaċi tbiddel kif verament tixtieq int. Għalhekk wettaq dan. 

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces. 
  • Leo huma magħrufin għat tkattir. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                 

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Virgo, se tkun ġimgħa biex twettaq ftit kontijiet. Tul dawn l-aħħar ġimgħat int taf li kellek ħafna nfieq li ma stajtċ tevita. Għalhekk issa li dan għadda tista’ twettaq analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek. Wettaq dan b’għaqal.  

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius. 
  • Virgo huma magħrufin għal istabillta’ tagħhom. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru                               

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Libra, se tkun ġimgħa li tnaqqas ftit mill-ħidma tiegħek u tieħu ftit ħin għal xi eżercizzju u dan sabiex grazzi għal dan int tkun tista’ tikkonċentra aktar fuq il- madwar tiegħek. Għaraf li tieħu din il-pawża żgħira għax inkella se toħloq ħafna pressjoni madwarek. 

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo. 
  • Libra huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste.

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru                       

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Scorpio, se tkun ġimgħa li għalkemm qegħda taħt pressjoni sabiex tieħu ċertu deċiżjonijiet xorta waħda trid tipprova twettaq dan fl-aħjar ħin komdu għalik u ma tieħux deċiżjonijiet magħġla. Minħabba l-pressjoni li għandek madwarek kun kawt u għaraf biss x’inhu l-aħjar għalik.  

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini. 
  • Scorpio huma magħrufin għal idejat fundamentali tagħhom. Namaste.

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru  

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Saggitarius, se tkun ġimgħa li tgħaraf torganizza aħjar is-sitwazzjoni tad-dar tiegħek.  Ovvjament minħabba li f’dawn il-ġimgħat kont impenjat ma stajtx iż-żomm id-dar organizzata u peress li int persuna li tħobb kollox organizatt issa għandek il-ħin għal dan. 

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius. 
  • Sagittarius huma magħrufin għal idejat pożittivi li joffru. Namaste. 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                            

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius għalik Capricorn se tkun ġimgħa li tmexxi lilek innifsek aħjar fir-relazzjoni tal-imħabba tiegħek. Int taf li żgur ma tixtieqx tagħddi minn dak li int esperjenzajt fil- passat. Għalhekk f’dawn il-ġranet wettaq dik il-motivazzjoni sabiex l-imħabba li għandek tkompli titkattar. 

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. 
  • Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                   

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius ,għalik l-istess Aquarius, se tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar dwar il-madwar komplut tiegħek. Bil-mod il-mod kull parti mill-ħajja tiegħek qegħda tieħu stampa aktar ċara biex b’hekk int tista’ tgħaraf liema direzzjoni se tkun l-aktar ideali għalik. Ma hemmx għalfejn tgħaġġel. Analizza u wettaq. 

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer. 
  • Aquarius huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste. 

 Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                 

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Pisces, se tkun ġimgħa biex tibbilanċja l-ħin tiegħek. Int trid tgħaraf kif iżomm bilanċ bejn il-karriera u dawk ta’ madwarek. Dan huwa importanti u ma tistax ma ssibx dan il-bilanċ għax jaf ikollok konsegwenzi li tista’ ma ssibx kontroll tagħhom. Għalhekk wettaq dan il-bilanċ. 

  • L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Libra. 
  • Pisces huma magħrufin għad direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste.

More in Oroskopju