
Oroskopju | L-aħħar ġimgħa tal-għaxar żodjaku ta' Capricorn
L-Oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur Pauljon

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Aries se jkun dak il-mument fejn trid tibda tħejji skeda ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ma’ ippjanar personali u dan se jagħmlek tkun aktar organizzat fit-twettiq ta’ opportunitajiet li hemm resqin lejk u b'hekk tkun tista’ tkattar aħjar l-istabbiltà tiegħek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Leo. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Taurus se jkun il-mument biex tgħaraf li dak li sa issa int għaraft tkattar fil-karriera tiegħek għandek bżonn tagħtih aktar attenzjoni profonda u ma toqodx titlef ħin fi ħsibijiet oħra. Int għandek tibqa’ iffokat 100% fuq dak li għandek madwarek. Irrifletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej min Gemini. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Gemini se jkun dak il-mument li tgħaraf aktar ir-responsabilità kemm dik li int għandek fil-preżent u wisq aktar għal dik ir-responsabilità li hemm riesqa lejk u dan għal fatt li int issa għażilt direzzjoni ġdida u poġġejt lilek innifsek f' aktar responsablità. Issa trid turi kemm int kapaċi.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Sagittarius. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Cancer se jkun mument ta’ riflessjoni profonda dwar dak kollu li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Grazzi għal din l-esperjenza int se tkun tista’ tgħaraf x’inhu l-aħjar pass li għandek twettaq minn issa 'l quddiem. Dan għandek twettqu bil-għaqal. Analizza sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aries. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Leo se jkun mument li int trid tgħaraf aktar lilek innifsek u dan minħabba li issa taf li ġejjin ġimgħat fejn int se jkollok sitwazzjonijiet li għandom bżonn ċertu attenzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-mument għalik sabiex tkun imħejji tajjeb għal dak li hemm riesaq lejk.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Scorpio. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Virgo se jkun mument fejn se tibda tanalizza aktar kif ser tibbilanċja l-qagħda finanzjarja tiegħek li dan l-aħħar kont qiegħed tesperjenza xi problemi. Issa dan ser jibda jinbidel u se tibda’ terġa ssib dik l-istabbiltà li int tant magħruf għaliha. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Taurus. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Libra se jkun mument li jagħmlek tgħaraf aħjar x'inhu vera utli għalik u se tgħaraf x'hemm bżonn biex int tibda ttejjeb minn issa s-sitwazzjoni ta’ madwarek. Ovvjament waħda mid-deċiżjonijiet li se tkun qiegħed tieħu hi biex tkattar il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Pisces. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Scorpio se jkun mument li tgħaraf sew id-direzzjoni meħtieġa dwar il-pjan ta’ proġett li tant ilek tħejji u b'hekk tgħaraf kif dan il-pjan kif ser tkun qiegħed twettqu fl-aħjar żmien possibli. Għandek tgħaraf ukoll kull possibilità li dan il-pjan se jkun qiegħed iħalli madwar il-ħajja tiegħek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Libra. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Sagittarius se jkun dak il-mument fejn trid tgħaraf iżomm kontrol dwar it-tfassil ġdid li qiegħed tħejji u issa trid iżomm ċertu bilanċ f'dak li int twettaq fir-rutina tiegħek biex dan it-tkattir jimxi flimkien mal-kumplament tal-ħajja tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aquarius. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik l-istess Capricorn se jkun dak il-mument fejn int trid tgħaraf tagħti aktar attenzjoni lejn id-direzzjoni li int issa ħadt. Jista' jkun li int qiegħed tagħti l-aħjar iżda fil-fatt hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni biex b'dak li int għaraft u deċidejt finalment iwasslek fejn verament tixtieq tasal. Għalhekk għaraf sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Gemini. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Aquarius se jkun dak il-mument li l-karriera tiegħek se tieħu direzzjoni ġdida. Direzzjoni ta’ aktar stabbiltà u hekk int se tgħaraf kemm il-karriera li int tħaddan kemm qegħda tavvanza l-quddiem. B'dan se jinfetħulek bosta opportunitjiet iżda dejjem kun ippreparat.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Capricorn għalik Pisces se jkun dak il-mument ta’ aktar tkattir f'dik il-ħeġġa u kunfidenza ġewwa fik u dawn flimkien se jinspirawk sabiex tkattar il-motivazzjoni meħtieġa għal dak kollu li hemm riesaq lejk. Wettaq rifflessjoni profonda.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Capricorn. Namaste.
Kompetizzjoni ma' Pauljon
Irbaħ wieħed minn seba' rigali fosthom:
- Tlett Vouchers għal Pubblikazjonijiet ta’ PaulJon,
- Tlett Vouchers għal Tratttamenti ta’ Sbuħija jew Fitnes Classes mingħand Graziella Miruzzi,
- Voucher għal Pakett ta’ Kristalli.
Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Il-Kalendarju żodjaku jibda miż-żodjaku ta Aquarius ? Aries ? jew Capricorn?
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil PaulJon, ‘"LLUM" Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste.