Oroskopju | Il-Qmura fiż-żodjaku ta’ Capricorn

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mit-2 ta' Jannar sad-19 ta' Jannar

Bdejna s-sena 2023 u se nibdew nesperjenzaw il-qmura li għalkemm bdejna sena oħra ġdida, għall-astroloġija s-sena l-ġdida għal Kalendarju Żodjaku tibda fil-21 ta’ Marzu maż- żodjaku ta’ Aries u tintemm fl-20 ta’ Marzu fiż-żodjaku ta’ Pisces u għalhekk huwa importanti li wieħed għandu jagħraf li bejn is-sena tax-xhur u s-sena żodjaka hemm differenza ta’ kif tibda u tintemm.  

F’dan l-għaxar żodjaku ta’ Capricorn iwassalna lejn żewġ qmura ferm interressanti. Is-sinifikat tal-qmura minn dejjem ġibed dik l-attenzjoni partikolari biex il-bniedem jibda jagħraf l-aspett ta’ gwida li kull fażi tal-qamar tista’ toffrilna f’tant benefiċċji varji barra li wkoll joffru diversi aspetti ta’ ndikazzjonijiet.  

Iż-żewġ qmura ta’ dan iż-żodjaku ta’ Capricorn huma partikolari għax waqt li n-new moon esperjenzajnih lejn l-aħħar tas-sena l-oħra l-qamar kwinta nesperjenzawh fil-bidu ta’ din is-sena. In-new moon seħħ il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru fejn għamel parti mill-lejla tal-Milied waqt li l-qamar kwinta ser ikun is-Sibt 7 ta’ Jannar. 

In-New Moon li għadna kemm esperjenzajna nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru kellu diversi aspetti pożittivi kien hemm tibdil, spontanjetà, aktar għarfien ta’ opportunitajiet fit-tkabbir kif ukoll iffukar lejn il-ħin ibbilanċjat għall-bżonnijiet tagħhom. 

Is-Sibt 7 ta’ Jannar se nkunu qegħdin nassistu għall-ewwel dehra tal-qamar kwinta għal din is-sena fejn dan se joffri sentiment aktar profond speċjalment għal dawk li jinsabu f’bidu ta’ mħabba friska, iżda se nesperjenzaw aspetti oħra fosthom tkattir fl-abbilità, ħarsien lejn il-bżonnijiet ta’ madwarna kif ukoll attenzjoni ta’ kif se nibdew niffukaw lejn il-bidu ta’ pjanijiet, ideat jew proġetti ġodda. 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Aries se tkun ġimgħa għal tħejjija għall-aħħar erba’ ġimgħat ta’ din is-sena fejn int trid tgħaraf twettaq dak biss li issa huwa verament meħtieġ biex b’hekk int tkun aktar iffokat fit-twettieq li se tagħmel. Dejjem kun għaqli fid-deċiżjonijiet tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                     

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Taurus se tkun ġimgħa fejn issa trid tanalizza l-pjanijiet li hemm iduru madwarek għas- sena li ġejja. F’dawn l-erba’ ġimgħat li ġejjin int għandek twettaq rifflessjoni profonda biex tħejji tajjeb il-pjanijiet li hemm quddiemek. Analizza b’għaqal biex int tkompli titkattar lejn il-miri prinċipali mixtieqa.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn.  Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                           

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Gemini se tkun ġimgħa ta’ għarfien bejn dak li sa issa rnexxilek twettaq u għal dak li jinħtieġ jitwettaq f'din is-sena l-ġdida. Int taf li int sodisfatt b’dak li wettaqt però tħoss li hemm aktar x’tista’ twettaq. Għalhekk għaraf il-miri tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius.  Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                     

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Cancer ser tkun ġimgħa ta’ ħsieb lejn il-kundizzjoni mentali tiegħek għax taf li minħabba l-pressjoni li int għandek minħabba r-responsabbiltà fil-ħidma tiegħek din qegħda tkun piż mentali għalik. Għalhekk prova ħu pawża żgħira sabiex tieħu enerġija friska.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                                 

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Leo se tkun ġimgħa li issa trid tagħżel bejn l-aħħar deċiżjonijiet fundamentali.  Fiż-żmien li ġej ma tistax tkun indeċiż u għalhekk ħu l-aħjar deċiżjoni u hekk tkun f’qagħda aktar stabbli.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                           

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Virgo se tkun ġimgħa fejn int ser tkun l-accountant tiegħek innifsek fejn hemm bżonn twettaq analiżi fuq l-infieq tiegħek u hekk tkun żgur li fis-sena l-ġdida tkun f’qagħda finanzjarja aħjar speċjalment issa li bdejt tħoss li kellek ċerta spejjes li ma stajtx tevithom. Għalhekk analizza dan sew.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                                

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Libra ser tkun ġimgħa ta’ deċiżjoni jekk għandekx tieħu vaganza twila jew le fl-aħħar tas-sena. Ovvjament trid twettaq analiżi ta’ kemm se tiswik ħin din il-vaganza peress li taf kemm ikun xogħol qiegħed jistennik meta tiġi lura. Għalhekk analizza dan sew.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                                           

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Scorpio se tkun ġimgħa biex tifhem aħjar il-madwar komplut tiegħek. Tul dawn l-aħħar xhur int rajt ħafna tibdil iseħħ.  Għalkemm mhux kollox kif xtaqt int dan kien bżonn u għalhekk issa għaraf sew dak li hemm meħtieġ b’reqqa għas-sena d-dieħla.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                                

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Sagittraius hija ġimgħa ta’ rifflessjoni dwar dak li int irnexxilek twettaq tul l-erba’ ġimgħat li int esperjenzajt waqt il-fażi ta’ l-istess żodjaku tiegħek.  Int kellek takwista ħafna minn din il-fażi. Għalhekk fejn taħseb li dan ma seħħx wettaq analiżi sew ta’ dan. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius.  Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                        

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik l-istess Capricorn hija ġimgħa ta’ preparazzjoni għal dawk l-erba’ ġimgħat li int tkun qiegħed tesperjenza fl-istess żodjaku tiegħek.  Dawn għandom ikunu erba’ ġimgħat fejn żgur għandek twettaq ħafna affarijiet għax l-enerġija tkun miegħek. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex kull ġurnata twettaq xi ħaġa sinjifikanti.    

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste.                                              

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                          

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Aquarius se tkun ġimgħa biex twettaq sew dak li tħoss ġewwa fik b’aktar attenzjoni.  Int trid tgħaraf li issa għaddiet sena oħra minn ħajtek u għalhekk għaraf tajjeb dak li int verament tixtieq. Taħlix aktar żmien għax dak li titlef illum ma jiġiex għada.   

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                                 

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Pisces se tkun ġimgħa li issa trid tgħaraf eżatt liema huma dawk is-sitwazzjonijiet li din is-sena ma għandomx jibqgħu madwarek. Dan huwa mportanti biex int tkun aktar ikkonċentrat biss fuq dawk is-sitwazzjonijiet li verament jagħmluk stabbli. Għalhekk analizza dan sew. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste.

Tajjeb tkun taf ukoll li jekk int tkun trid iżjed informazzjoni  kull ma għandek tagħmel huwa li tiktibli f’ittra postali fl-indirizz: PaulJon, "ILLUM" Po Box 27 Paola. Awguri u namaste. 

More in Oroskopju