Oroskopju | It-tliet kristalli waqt it-tmien żodjaku ta' scorpio

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon mill-Ħadd 6 ta' Novembru sas-Sibt 12 ta' Novembru 

Ma’ kull żodjaku dejjem ikun hemm dawk l-aspetti prinċipali bħal qmura, ġranet ta’ interess, ix- xemgħat idejali u ovvjament il-kristalli. F’dan l-artiklu se nkun qiegħed inwassal dik l-informazzjoni bażika ta’ dawk it-tlett kristalli kkombinati ma’ dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio. Ma tistax ma semmiex li għalkemm jeżisti xettiċiżmu dwar il-benefiċċji tal-kristalli bil-mod, il-mod grazzi għal bosta seminars li qegħdin jiġu oraganizzati dan ix-xettiċiżmu qiegħed jonqos.  

F’dan l-artiklu se nkun qiegħed inwassal dawk it-tliet kristalli ikkombinati ma’ dan iż-żodjaku ta’ Scorpio biex naraw kif dawn il-kristalli jistaw ikunu ta’ benefiċċju fil-ħajja ta’ madwarna.

L-ewwel kristalla: Fire Gate

Din il-kristalla f’dan l-istadju  hija ta’ benefiċċju sabiex isaħħaħ it-twemmin aktar fik innfisek, tgħaraf temmen aktar li kapaci tasal fejn tixtieq, tagħtik protezzjoni kontra attenzjoni negattiva waqt li toħloq fik aktar kalmizza.   

Il-ġurnata ideali  għal din il-kristalla hi dik tal-Ħamis waqt li  għandha titpoġġa f’dik il-kamra ta’ relass , tinxtel bejn il-ħin tad-disa’ u l-ħdax ta’ filgħaxija. 

It-tieni kristalla: Jasper

Din il-kristalla għandha l-benefiċċju li tagħmlek tħossok aħjar iżda l-aktar dak li jissejaħ Inner feeling. Huwa ferm importanti li tgħaraf aktar dak li tħoss ġowwa fik qabel twettaq xi deċiżjoni. Din il-kristalla toffrilek ukoll aċċess għal ħeġġa għal eżercizzjita’ relass bħal yoga, meditazzjonijiet jew dak kollu li jirrilassak. Twasslek ukoll għal għarfien ta’ kif tiekol bħal kif tgħaraf aħjar il-palat tiegħek. 

 Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u s-Sibt, hija ideali biex titpoġġa jew fil-kċina jew fiċ-ċentru tad-dar. 

It-tielet kristalla: Moonstone 

Din it-tielet kristalla toffri tkattir fl-għerf tiegħek. L-għerf huwa sors li kull persuna irid ikollha sabiex tgħaraf timxi fil-ħajja tagħha b’mod aktar preċiż. Din il- kristalla hija ta’ benefiċċju kemm għal dawk li qegħdin jaħsbu għal tarbija wisq aktar għal dawk li jkunu tqal, hi ta  benefiċċju għal tqala aktar tajba. 

Il-ġranet idejali huma t-Tlieta il-Ħamis u s-Sibt , dejjem tinxtel minn wara d-disa’ ta’ fil-għaxija l-quddiem u kamra idejali hi l-kamra tas-sodda. 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                              

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Aries ser ikun il-waqt ta’ aktar konċentrazzjoni dwar il-ħtiġijiet personali, fejn minn issa trid issib dak il-ħin ta’ relass għalik jew taħriġ fiżiku jew ħin għal passatemp li tixtieq.  Analizza.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mill-Opal Blue.
  • Aries huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                      

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Taurus ser ikun il-waqt li tiffoka ftit aktar fuq l-imħabba ta’ madwarek.  Issa meta taf li għandek kollox organizzat fit-tqassim tal-ħidma tiegħek trid tgħaraf tikkonċentra sabiex b’hekk ir-relazzjoni tiegħek tkompli tisaħħaħ u titkattar kif finalment int tixtieq.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Ruby.
  • Taurus huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                          

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Gemini ser ikun il-waqt sabiex torganizza għarfien aħjar għal saħħtek. Minħabba l-pressjoni li qiegħed tesperjenza fil-preżent int trid tgħaraf iżomm is-saħħa tiegħek fl-aħjar kundizzjoni. Għalhekk wettaq attenzjoni profonda biex dejjem tkun fiżikament tajjeb. 

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Tiger’s Eye.
  • Gemini huma magħrufin għat tfasil iddettaljat tagħhom. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                           

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Cancer huwa l-waqt ta’ attenzjoni lejn il-ħajja personali tiegħek.  Int trid tgħaraf li għalkemm int persuna li tħobb tkun ta’ għajnuna għal oħrajn dan ma għandux iżommok biex int tkun protett kontra kull intenzjonijiet mhux mixtieqa.  Għalhekk ħejji lilek innifsek sew.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Moon Stone.
  • Cancer huma magħrufin għas sensittivita’ tagħhom. Namaste.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                   

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Leo ser ikun il-waqt li titkellem aktar dwar it- tqassim ta’ idejat li int għandek.  Għandek bżonn tagħti aktar attenzjoni dawn l-idejat li qegħdin jiżvilupaw madwarek u għalhekk ikun tajjeb li int tibda tiddiskuti ma’ dawk li int tgħaraf il-gwida tagħhom.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Celestine.
  • Leo huma magħrufin għal gwida li joffru. Namaste.  

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                       

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Virgo ser ikun il-waqt li tgħaraf tieħu pawża żgħira u dan sabiex int tkun tista’ twettaq riflessjoni profonda fuq dak li qiegħed tesperjenza.  Int ma tistax twettaq ċertu deċiżjonijiet jekk ma tkunx f’qagħda stabbli. Għalhekk trid tkun f’qagħda ta’ riflessjoni.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja.
  • Virgo huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                            

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Libra ser ikun il-waqt li tanalizza l-pożizzjoni finanzjarja tiegħek.  Għalkemm int persuna li tgħaraf tħaddem sew il-finanzi tiegħek issa wasal dak il-waqt li tkun aktar iffokat u dan minħabba diversi nfieq li hemm riesaq lejk.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Peridot.
  • Libra huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste                                                                                

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                          

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik l-istess Scorpio ser ikun il-waqt li tkompli saħħaħ lilek innifsek lejn dawk il-miri prinċipali.  Għalkemm qiegħed tħoss li dawn qegħdin jintlaħqu xorta waħda għandek tgħaraf tkun aktar iffokat sabiex ma jkun hemm l-ebda tgħaraf li xi ħadd jista jwaqqaf dak li int teħtieġ li twettaq.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Quartz Opal Aura.
  • Scorpio huma magħrufin għat twebbis ta’ rashom. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Sagittraius ser ikun il-waqt li tagħmel riflessjoni dwar l-imħabba li fil-preżent qiegħed tesperjenza.  Għalkemm bla dubju tħoss li kollox qiegħed miexi sew trid tara li dak li esperjenzajt fil-passat ma jerġax ikun repetut fil-preżent.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Sapphire.
  • Sagittarius huma magħrufin għal immaġinazzjoni tagħhom. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                    

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Capricorn ser ikun il-waqt li tgħaraf tagħti attenzjoni fl-abitat tiegħek.  Issa għandek iċ-ċans li tagħti d-dar tiegħek aktar attenzjoni u fejn hemm bżonn ta’ tibdil ma tibżax iżda twettaq dak li hemm meħtieġ.  Għaraf li l-bejta tiegħek hija l- post li jagħtik dik l-enerġija meħtieġa.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Amethyst.
  • Capricorn huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                     

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Aquarius ser ikun il-waqt li tirrefletti dwar ħbiberija tal-passat li reġat feġġet madwarek.  Issa li taf li tista’ tesperjenza aktar ħin f’din il-ħbiberija u trid tara kemm din ser tkun ta’ effett fuq it-tkomplija ta’ ħajtek.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Aurora Quartz.
  • Aquarius huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                              

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Pisces ser ikun għalik ta’ aktar motivazzjoni fil-ħidma tiegħek.  Il-karriera tiegħek miexja l-quddiem u għalhekk tajjeb li int tibqa mottivat u ma tħalli l-ebda monotonija tersaq jew b’xi mod taffetwak f’dak li int teħtieġ twettaq.

  • Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mill-Infinite Stone.
  • Pisces huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda. Namaste.

More in Oroskopju