Oroskopju | Fatti interessanti dwar it-tmien żodjaku; Scorpio

It-tieni ġimgħa tat-tmien żodjaku ta' Scorpio mill-Ħadd 30 ta' Ottubru sal-5 ta' Novembru 

F’dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal l-informazzjoni dwar dawn it-tlett aspetti ta’ dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio: 

Il-Qmura : Fatti nteressanti : Nies famużi  

L-ewwel li ser nesperjenzaw huwa bħal dejjem in-new moon li serikun qiegħed iseħħ għal ħin ta’ 00 :45am ta’ sbieh it-Tlieta 25 ta’ Ottubru ,waqt li l-fażi tal-qamar kwinta ser tkun qegħda seħħ għal ħin ta’ 00 :05am ta’ sbieħ it-Tlieta 8 ta’ Novembru. In-new moon taż-żodjaku ta’ Scorpio ser ikun qiegħed iwassal il-benefiċji ta’ aktar għarfien lejn dawk l-emozjonijiet neqsin tagħna sabiex nerġaw nissaħħu fihom waqt il qamar kwinta  ser ikun qiegħed iwassal il- benefiċji ta’ determinazzjoni f’dawk it-tibdiliet li hemm bżonn jitwettqu.  

Xi fatti nteressanti dwar dan żodjaku ta’ Scorpio  huwa kemm huwa  magħruf kemm jista’ jittolera iżda jekk  taqbeż qatt il-limitu tal-paċenzja tagħhom hemm titlef kollox. Żomm l- onesta’ għax jekk int tinqabad li mhux onest f’dak li tgħid titlef kull ħbiberija. Huma kapaċi li jifhmuk u jagħtuk kull appoġġ meħtieġ. Huma persuni ta’ talent kbir b’ nies famużi  insibu lil Bill Gates, Julia Roberts u Christopher Columbus fost oħrajn. Hekk tara t-talent qawwi li dan it-tmien żodjaku għandu. Huma kapaċi jifhmu sew dak ta’ madwarhom minn xhiex ikun għaddej u dan huwa tajjeb sabiex ikunu f’qagħda li jagħtu dik l-attenzjoni meħtieġa. Namaste.

Nies famużi li jagħmlu parti minn dan it-tmien żodjaku nsibu lil Grace Kelly, Indira Gandhi, Pele, Demi Moore, Joaquin Phoniex, Hilary Clinton, Joe Biden,  Pablo Picasso, Gerd Muller, Larry King, Christopher Columbus, François Mitterrand, Marie Antoinette, Bill Gates, Leonardo Di Caprio, Julia Roberts, Jodie Foster, Roberto Benigni, Diego Maradona, Whoppi Goldberg, Owen Wilson, Alessandro Del Piero u King Charles. 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                           

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Aries ser tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar dwar dak li int tixtieq twettaq.  Għalkemm hemm diversi ostakoli dawn inti żgur kapaċi telibgħom u għalhekk għaraf biss iżomm lilek innifsek iffokat fuq dak li tixtieq.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Capricorn. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                     

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Taurus ser tkun ġimgħa ta’ mpenn f’dawk il-proġetti li int qiegħed tesperjenza fil-preżent.  Issa li qbadt din it-triq f’din il-ħidma ta’ responsabilta’ prova żomm dak il-bilanċ fil-madwar tiegħek sabiex tevita xi kumplikazjonijiet. Analizza.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Libra. Namaste                                                             

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                     

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Gemini ser tkun ġimgħa fejn int ser tħossok aktar kalm minn dawn l-aħħar ġimgħat.  Kalm għax ħafna miml miri prinċipali li kellek issa kważi lħaqthom.  Ovvjament għad baqalek aktar fejn int tixtieq tasal iżda issa għandek tieħu aktar ħin sabiex tagħmel xi riflessjonijiet qabel tkompli tkattar.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Sagittarius. Namaste. 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                               

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Cancer ser tkun ġimgħa fejn tgħaraf li jekk trid tħossok aktar int trid tgħaraf tivvaluta aħjar il-madwar tiegħek. Tagħmilx deċiżjonijiet magħġla, anzi pprova analizza b’aktar profondita’ dak li int tixtieq twettaq.  L-esperjenzi li int esperjenzajt fil-passat jistaw ikunu fundamentali f’dak li issa int tixtieq twettaq.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Aquarius. Namaste.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                          

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Leo ser tkun ġimgħa sabiex tgħaraf issib dak il-ħin għalik għal bilanċ.  Int taf sew li minħabba l- ħidma li int qiegħed twettaq u kif ukoll minħabba diversi mpenji oħra taf li mhux qiegħed ikollok dak l-ispazju għal relass u għalhekk int trid issib dan il-ħin tant bżonjuż għalik.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Aries. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                          

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Virgo ser tkun ġimgħa fejn trid tagħti aktar widen lil-parti l-oħra li flimkien qegħdin tesperjenzaw din l-imħabba tant meħtieġa għat tnejn li intkhom.  Int taf kemm fil-passat bagħtejt u minn xhiex għadejt u għalhekk żgur li din l-imħabba trid tibża għaliha. Analizza.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak l-Erbgħa.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Scorpio.Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                         

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Libra ser tkun ġimgħa fejn issa int ma tridx tkun iebes f’ċertu deċiżjonijiet li hemm quddiemek.  Taf li meta fil-passat kont iebes kien hemm diversi problemi u għalhekk grazzi għal din l-esperjenza int żgur ser tgħaraf tkun aktar umli. Analizza dan sew.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Taurus. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                    

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik l-istess Scorpio ser tkun ġimgħa fejn ser tkompli tirranka fit- tkattir li int qiegħed tesperjenza.  Dan huwa żmien ideali sabiex dak li tixtieq int takwistaħ.  Kull ma għandek tagħmel hu li temmen aktar fik innifsek sabiex b’dan il-mod int tkun tista tiftaħ aktar toroq.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Pisces. Namaste.  

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru       

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Sagittarius ser tkun ġimgħa li ma toqodx aktar fuq dawk li jaħsbu li huma kapaċi jigwidawk.  Issa wasal iż-żmien li timxi biss fuq dak li int tħoss ġewwa fik.  Int kapaċi tgħaraf xinhu l-aħjar għalik u dan ser tgħarfu fil-ġimgħat li ġejjin.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Leo. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar      

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Capricorn ser tkun ġimgħa fejn ma tridx tiġri fl-infieq li qiegħed tesperjenza.  Issa huwa ż-żmien li twettaq analiżi ta’ x’għandek l-aktar importanti li hemm bżon isir infieq fuqu.  Trid tipprova tikkontrolla l-infieq sabiex ma tesperjenzax problemi fil-futur.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgha.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Gemini. Namaste.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                          

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Aquarius ser tkun ġimgħa sabiex tgħaraf ma tieħux deċiżjonijiet li ma jirriflettux il-vera dak li int tixtieq.  Dan huwa l-mument li trid tkabbar lilek innifsek fil-maturita’ sabiex dak li hemm bżonn għalik irid ikun attwat.  Tibqax tilgħab jew toqod f’salib it-toroq għax il-ħajja qasira.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Virgo. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                          

F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio għalik Pisces ser tkun ġimgħa li tgħaraf tkun organizzat f’dak li int għandek madwarek.  Din l-organizzazjoni hija fundamentali għal dak li hemm riesaq lejk u għalhekk għaraf aħtaf dan il-mument ħalli waqt li tara kemm int tista’ tkun organizzat tkattar aħjar l-istabbilta’ tiegħek.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
  • Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Capricorn. Namaste

More in Oroskopju