Oroskopju | Ir-rakkonti tagħkom

Iż-żodjaku mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 18 ta’ Settembru sas-Sibt 24 ta’ Settembru 

 Settembru joffri diversi aspetti nteressanti, wieħed jista’ jsemmi li huwa xahar li joffrilna żewġ żodjaki mill-aktar interessanti, dak ta’ Virgo ikkombinat maż-żodjaku ta’ Libra li jibda minn hawn u ftit ġranet oħra, joffrilna wkoll il-bidla ta’ l-istaġuni fejn nesperjenzaw it-tmiem tal- istaġun tas-sajf għall-bidu tal-istaġun tal-ħarifa, iżda illum f’dan l-artiklu mhux se nikteb dwar dan it-tibdil iżda dwar dawk l-esperjenzi tagħkom, ir-rakkonti tagħkom. 

Fit-13 ta’ Ġunju jien ippublikajt il-ktieb ‘’RAKKONTI minn PaulJon’’ fejn fiħ wassalt seba’ rakkonti mhux fizzji iżda rakkonti vera ta’ nies bħalek li esperjenzaw esperjenzi fil-paranormali. Inkitbu diversi kotba dwar rakkonti fil-misteru tal-paranorali iżda dawn inkitbu fuq l-aspett fittizju u għalhekk wara li wettaqt analiżi profonda ħassejt li inkun l-ewwel awtur li nikteb u nwassal rakkonti veri dwar dan il-misteru biex minn dawn ir-rakkonti wieħed ikun jista’ jagħraf u jifhem aħjar dan il-misteru!  

Sinċerament ma kienx faċli li tikkonvinċi persuni li esperjenzaw xi esperjenza personali sabiex jien inkun nista’ nwassal dawn l-esperjenzi ta’ dawn il-persuni fi ktieb iżda meta jien bdejt nispjega l-kunċett għaliex xtaqt inwassal dawn l-esperjenzi ħafna minnhom tagħwni l-appoġġ u l-fiduċja kollha tagħhom.  

Żgur li ħafna minnkom xi darba esperjenzajtu xi esperjenza li tibqaw konfużi għax forsi ma tifmhux il-kunċett ta’ dik l-esperjenza u dan nafu mil-ħafna korrispondenza tagħkom. 

Għalhekk jekk int tixtieq taqsam miegħi l-esperjenza tiegħek kull ma għandek tagħmel hu tibgħatli SMS jew CEMPILLI fuq 7949580 jew iktibli fl-indirizz, PaulJon RAKKONTI, PO Box 27 Paola sabiex flimkien niddiskutu l-esperjenza tiegħek.  Żgur li grazzi għar rakkont tiegħek qarrejja oħra jkunu jistaw jifhmu aħjar dawn l- esperjenzi MISTERJUŻI. Namaste. 

L-aħħar ġimgħa għas-sitt żodjaku ta' Virgo

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser ikun il-waqt sabiex int titgħallem aktar kif għandek tgħaraf il-valur ta’ dak li int għandek u b’hekk int tgħaraf kemm int tista’ tkun ta’ tkattir b’mod aħjar għal dak li hemm riesaq lejk.  Għalhekk tajjeb tanaliza aktar il-valur għal dik l-istabbilta’ meħtieġa.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Cancer.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju   

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser ikun dak il-waqt sabiex toħroġ aktar dik l-abbilta’ tiegħek.  Żgur tgħaraf li int għandek x’toffri aktar minn dak li qiegħed toffri llum.  Dan żgur ser ikun fattur importanti għal ħidma tiegħek u fir-responsabilta’ ġdida tiegħek u b’hekk turi l-vera kapaċita’ tiegħek.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Capricorn.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser ikun il-waqt li twettaq preparazjoni tajba għal dawk il-pjanijiet vasti li int għandek.  Żgur li jekk tgħaraf thejji kif int kapaċi tagħmel, il-pjanijiet li hemm imħejjija ser ikunu ta’ sodisfazzjon u dan ikompli jimlik b’aktar determinazjoni lejn it-tkattir mixtieq.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Aquarius.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju       

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser ikun il-waqt sabiex tgħaraf aħjar lil dawk ta’ madwarek.  L-esperjenzi tal-passat żgur għalmuk li xi kull tant dik il-persuna li tafda tkun dik il-persuna li tista’ titradik u għalhekk issa huwa l-waqt li int tarbel sew lil dawk ta’ madwarek.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Taurus.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser ikun il-waqt li tagħmel kuraġġ u tara saħħtek fejn hi.  Hemm bżon li ma tibżax tgħaraf x’inhi l-aħjar triq lejn il-bżon għal saħħa aħjar minn dak li int qiegħed tesperjenza.  Żgur ġewwa fik tħoss li għandek bżon parir mediku. Attwah.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Libra.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo huwa dak il-waqt ideali li int issa twettaq analiżi ta’ dawn l-erba’ ġimgħat li int esperjenzajt fl-istess żodjaku tiegħek.  Żgur taf x’inhu dak li rnexxielek twettaq u takwista u għalhekk issa int għandek l-opportunita’ tkattar u saħħaħ lilek innifsek aħjar milli kont.  Analizza.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Pisces.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra ser ikun il-waqt sabiex meta l-ġimgħa dieħla int tibda l-mixja fiż-żodjaku tiegħek int tkun lest għal dak kollu li dan iż-żodjaku ser ikun qiegħed iwassallek.  Ovvjament sabiex int ittejjeb il-livel u l-bilanċ ta’ madwarek trid tħejji sew għal dan.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Sagittarius.
  • Iż-żodjaku idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser ikun il-waqt sabiex tara għaliex tixtieq timxi il-quddiem iżda tħossok bħal imwaħħal mal-preżent.  Dan żgur qiegħed iżommok minn dak it-tkattir li tant tixtieq.  Għalhekk għaraf gwida tajba li tkun tista’ taqilek minn din is-sitwazjoni. Irrifletti.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Aries.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Namaste  

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser ikun il-waqt sabiex int tażel dik it- triq ideali li suppost kellek tiddeċidi xahrejn ilu iżda issa f’din il-ġimgħa hemm bżon tgħaraf sew din l-għażla sabiex ma tkomplix tikkaġuna aktar konsegwenzi u taf li dan mhux qiegħed ikun ta’ ġid għalik personali.

  • Iż-żodjaku jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Leo.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser ikun il-waqt li tgħaraf tqassam il-bilanċ aħjar dwar l-infieq tiegħek.  Huwa minnhu li bħalissa minħabba raġunijiet li ma hemmx kontrol fuqhom trid bilfors tagħmel ċertu spejjes pero’ xorta wettaq analiżi ta’ nfieq sabiex ma jkunx hemm problemi fil-futur.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Gemini.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser ikun il-waqt li tħejji lilek innfisek aħjar sabiex minn issa tibda tegħleb dawn il-mumenti ibsien li int qiegħed tesperjenza bħalissa.  Taqtax qalbek għax dan ser jgħaddi iżda int trid temmen aktar fik innifsek u b’hekk biss int tkun kapaċi tasal fejn tixtieq.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Virgo.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser ikun il-waqt li timxi u twettaq fuq dak biss li tħoss ġewwa fik.  Tħallix aktar min imexxik.  Taf li int issa kapaċi twettaq deċiżjonijiet għalik innifsek.  Għalhekk f’dawn il-ġranet li ġejjin wettaq l-ewwel deċiżjoni sabiex b’hekk tgħaraf il-ħiliet tiegħek.

  • Iż-żodjaku li jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Scorpio.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste 

More in Oroskopju