Oroskopju | X'hemm għalik fl-oroskopju ta' din il-ġimgħa?

Iż-żodjaku mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 4 ta' Settembru sas-Sibt 10 ta' Settembru 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser tkun dik il-ġimgħa li tagħmlek tgħaraf aħjar fejn verament tixtieq tasal.  Għalkemm dan l-aħħar kont bħal qisek bejn salib it-toroq issa huwa dak il-waqt li tgħaraf dik id-direzzjoni idejali għalik.  Għalhekk b’għaqal ħares ‘l quddiem.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Namaste. 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                               

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tifhem aħjar l-aspett ta’ l-imħabba.  Għalkemm int kellek bosta esperjenzi mħaltin issa int taf kemm verament sibt dak li xtaqt u għalhekk issa għandek tgħaraf taqqad dak li dejjem xtaqt u dan għandu jkun mument feliċi għalik.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                               

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa li tgħaraf aħjar it-triq li għandek taqbad minn issa.  Għalkemm fil-preżent qiegħed tikkumbatti ma’ bosta fatturi dan ser jgħaddi u bl-esperjenza vasta tiegħek dan ser ikun ta’ benefiċċju għalik sabiex tkattar l-istabbilta’ tiegħek b’aktar determinazzjoni. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                  

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgħa li int trid tgħaraf eżattament liema parti tal-karriera hija l-aktar vijabli għalik.  Issa ma tridx toqgħod tħabbel aktar rasek fuq diversi aspetti differenti f’dak li int twettaq iżda wasal il-waqt għal direzzjoni waħda dik vijabli għalik.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tkun dik il-ġimgħa li tħares aktar lejn saħħtek.  F’dan il-mument saħħtek għandha bżonn dik l-attenzjoni partikolari għalhekk għaraf li tieħu dawk il-miżuri kollha meħtieġa sabiex fejn hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni twettaq dak kollu meħtieġ. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste. 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                         

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo għandek twettaq aktar għarfien ta’ bilanċ bejn il-karriera u l-familja.  Issa għadek filwaqt li twettaq dan il-bilanċ b’mod li kollox ikun skont kif verament tixtieq.  Tħallix dan il-waqt jaħrablek għax tkun tlift okkażjoni li tkun aktar kuntent.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                  

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra hi dik il-ġimgħa li int minn issa trid taħseb għal dawk il-miżuri ġodda li taf li trid twettaq fil-ġimgħat li ġejjin.  Għalhekk ħu l-okkażjoni sabiex tħejji skeda u b’hekk int tkun tista’ timxi b’mod organizzat f’dawn il-miżuri li ser ikun hemm bżonn twettaq.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste. 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                              

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio hi dik il-ġimgħa ta’ riflessjoni profonda ta’ għarfien ta’ dawk il-proġetti li int fix-xhur li ġejjin għandek twettaq.  Grazzi għal riflessjoni li hemm bżonn twettaq tkun f’qagħda aħjar b’liema proġett tibda sabiex tibni stabbilta’ soda. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste.  

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru   

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgha fejn trid tgħaraf fejn din l-imħabba qegħda twasslek.  Wara bosta xhur li int tgħajt dak kollu li stajt f’din l-imħabba wasal il-waqt li tgħarbel eżatt fejn tixtieq tasal. Inutli twettaq aktar sforzi għax dak li kellek toffri offrejtu.  Issa wasal il-waqt li tanalizza.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar     

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa li int tibda torganizza aħjar il-madwar tiegħek.  Ovvjament minħabba diversi raġunijiet int dan ma stajtx twettqu iżda issa għandek il-ħin.  Għalhekk tajjeb li tibda tkun organizzat sabiex dan jagħmlek tħares il-quddiem b’aktar fokazzjoni. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tkun dik il-ġimgha fejn tgħaraf aħjar il- madwar tiegħek kemm int f’pożizzjoni idejali sabiex twettaq ċertu deċiżjonijiet minħabba xi direzzjoni ġdida.  Għalhekk wettaq riflessjoni bejn dak li għandek fil-preżent ma’ dak li jista’ jkollok fil-futur. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                          

F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser tkun dik il-ġimgħa li twettaq analiżi profonda dwar il-qagħda finanzjarja tiegħek.  Hekk kif qiegħed tesperjenza ċertu żbilanċ fil-qagħda finanzjarja tiegħek int trid tgħaraf aktar kontrol sabiex din is-sitwazzjoni preżenti ma toħloqx  kumplikazzjonijiet future.  Għalhekk analizza l-infieq aħjar.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. 
  • Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste. 

Kompetizzjoni ma' PaulJon

Irbaħ wieħed minn seba' Rigali fosthom,  

  1. Tlett Vouchers għal Pubblikazjonijiet ta’ PaulJon; 
  2. Tlett Vouchers  għal Tratttamenti ta’ Sbuħija jew Fitnes Classes mingħand Graziella Miruzzi;
  3. Voucher għal Pakett ta’ Kristalli. 

Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Il-Qamar kwinta taż-żodjaku jiġi fi 13 ta'? 10 ta' ? jew 12 ta’ Settembru ?                           

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil PaulJon, "ILLUM"  Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste. 

More in Oroskopju