Oroskopju | Il-Bidu tas-sitt żodjaku, Virgo

L-Oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

It-Tlieta 23 ta’ Awwwisu għal kalendarju żodjaku ser iddaħħalna f’nofs it-tnax iż-żodjaku ,iġifieri ser inkunu qegħdin nibdew is-sitt żodjaku, dak ta’ VIRGO, żodjaku fejn ser ikompli joffrilna dak it- twemmin neċessarju sabiex b’hekk inkunu ngħarfu nwettqu dak li verament nixtiequ , kif ukoll ser ikompli issaħħaħna b’dak it-tkattir fejn huwa l-aktar bżonjuż sabiex inwettqu dak it- twettieq li hemm meħtieġ li jkun imwettaq , żgur kull wieħed u waħda minnha faddalina xi jwettqu f’dawn l-aħħar sitt żodjaki li fadal f’dan il-kalendarju żodjaku 2022-2023. 

Dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo jibda mit-Tlieta 23 ta’ Awwissu sal-Ġimgha 22 ta’ Settembru u dan iffisser li dan iż-żodjaku jwassalna lejn tmiem l-istaġun sħun tas-sajf fejn żgur issib persuni li jixtiequ jeħilsu minn din is-sħana li għandna bħalissa fuq il-gżejjer Maltin u b’hekk iwwassalna lejn il-bidu ta’ l-istaġun tal-ħarifa, staġun li jista’ jkun l-aħħar staġun li mexxu l-arloġġ sija lura , ovvjament bil-mod il-mod it-temperatura tibda nieżla u nibdew nesperjenzaw l-ewwel ġranet bix-xita u s-sajjetti. 

Is-simbolu tas-sitt żodjaku ta’ Virgo jirrappreżenta persuna femminili kompluta, b’hekk dan huwa l-unika żodjaku b’simbolu ta’ mara. Skond il-mitoloġija din il-figura ta’ mara kienet tkun imqabbla ma’ r-reġina tas-smewwiet, jew aħjar ‘’ The Great Godess’’  li għal l- astroloġija kienet tirrappreżenta l-verġinita, l-purezza, l-fertilita’ u l-ispirazzjoni waqt li  kienet tkun meqjusa bħala l-mara l-aktar sabiħa fl-univers. IKOMPLI … 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser jagħmlek tkun aktar sodisfatt wara li sa fl-aħħar irċevejt dik l-aħbar li tant kont ilek tistenna.  Ovvjament din issa ser toħloq ċertu tibdil li int suppost ħejjejt għalih, kemm fil-karriera tiegħek u kif ukoll fil-madwar tiegħek.  Għalhekk issa iffokka lejn dawk il-miri li int dejjem xtaqt twettaq.   

  • Kuluri favoriti ma’ Aries huma l-isfar u l-kannella.  
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Cancer. Namaste  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tagħmlek tgħaraf aktar minn qatt qabel dak li int qiegħed tesperjenza preżentament fil-ħajja kompluta tiegħek.  Għalhekk minn issa int għandek tgħaraf dak biss li huwa ta’ mportanza sabiex b’hekk int tkun tista’ tkompli tissaħħaħ għal dak li fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun riesaq lejk. 

  • Kuluri favoriti ma’ Taurus huma l-blu u l-isfar.     
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Libra.  Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tagħmlek tgħaraf aktar taddatta għat-tkattir kemm fil-karriera tiegħek personali kif ukoll għal dawk viċin tiegħek u dan minħabba l-opportunitajiet sbieħ li hemm resqin lejk.  Int ma tistax tibqa tgħix fil-passat, anzi minn dak li esperjenzajt  għaraf  sabiex int tkompli  timxi b'aktar determinazzjoni lejn il-futur tiegħek.  

  • Kuluri favoriti ma’ Gemini huma l-isfar u l-kannella.     
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Capricorn. Namaste  

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser tagħmlek tgħaraf aktar li dak li int qiegħed tħoss bħalissa qiegħed jitwettaq u qiegħed ikun ġej verament minnek biss u mhux minn idejat ta’ oħrajn, pero jekk taħseb li għandek tieħu xi forma ta’ gwida sabiex bejn dak li tħoss ġewwa fik u bejn il-gwida li tieħu int tkun tista’ tgħaraf tkattar aktar dak kollu li riesaq lejk.  Għalhekk wettaq rifflessjoni.  

  • Kuluri favoriti ma’ Cancer huma l-aħmar u l-vjola.       
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Virgo.  Namaste  

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tagħmlek tgħaraf aktar f'certu dettal dak li hemm riesaq lejk.  Dan huwa l-mument fejn minħabba din is-sitwazzjoni int trid turi dawk il- kapaċitajiet tiegħek sabiex b'hekk il-karriera tiegħek tieħu dik il-pożizzjoni tant mistħoqqa u dan ser jagħmlek tgħaraf aktar fejn int issa kapaċi tasal.  

  • Kuluri favoriti ma’ Leo huma l-griż u r-roża.    
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Aries. Namaste         

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo ser jagħtik aktar inspirazzjoni għal dak li hemm riesaq lejk fil-ġimgħat li ġejjin.  Issa huwa l-waqt u l-bżonn li twettaq sforz qawwi sabiex il-passat ikun ktieb magħluq u bil-mod terġa tibda tħares il-quddiem u dan sabiex int minn issa tkattar aktar il-pożittivita’ li tant hija bżonjuża sabiex tibni l-istabbilta’ tiegħek mill-ġdid.  

  • Kuluri favoriti ma’ Virgo huma r-roża u isfar.    
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Aquarius. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Libra ser tagħmlek tgħaraf li wasal il-waqt li int twettaq eżami ta’ kuxjenza sabiex int tkun tista’ tgħaraf aktar aħjar dak li hu l-aktar importanti għalik għal kompletament tax-xhur li ġejjin.  Tibżax minn ċertu tibdil li hemm bżonn jitwettaq għax dan ser ikun  għal benefiċċju u għas sodisfazzjon personali tiegħek.   

  • Kuluri favoriti ma’ Libra huma l-aħmar u l-vjola.     
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Taurus.  Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser tagħmlek tgħaraf li int kapaċi tieħu dawk id-deċiżjonijiet li tant ilek taħseb.  Għalhekk tajjeb li tirriffletti sew dwar kull deċiżjoni.  Għalkemm jista’ jkun li int tħossok xi ftit dubjuż int għaraf ħejji lilek innifsek aktar aħjar sabiex tkun dejjem aktar konxju ta’ dak li int finalment tiddeċidi.  

  • Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma l-oranġjo u l-isfar.  
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Pisces.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser tagħmlek tgħaraf li finalment issa wasal dak il-mument li għalik ser ikun iffisser il-bidu ta’ bidla.  Dan sejjer ikun l-ewwel pass lejn dik id-direzzjoni ġdida.  Għalhekk int kun iffokkat sabiex l-avvanz li ser twettaq ikun mistħoqq lejn ġejjini aħjar. 

  • Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma l-blu u l-oranġjo.     
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Gemini.  Namaste  

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser tagħmlek tgħaraf aħjar l-imġieba tiegħek.  Bħalissa int mintiex qiegħed tinduna li dawk ta’ madwarek qegħdin iħossuk li mintiex tant f’postok u dan jista jkun ukoll kaġun ta’ ċertu pressjoni jew responsabbilta’ li kibret madwarek.  Għalhekk hemm bżonn teiqaf ftit u tqatta ftit ħin ta’ rifflessjoni. 

  • Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma l-kannella u l-abjad.     
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Sagittarius. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tagħmlek tħossok bħal qisu ġej kollox kontra tiegħek.  Forsi ħsibt li dan ma jistax iseħħ f'mument hekk importanti għalik iżda dan ma għandux iżommok biex tkompli għaddej bir-rutina normali.  Int persuna mimlija b'ħafna enerġija pożittiva u għalhekk taqtax qalbek u żomm lilek innifsek immotivat.  

  • Kuluri favoriti ma’ Aqaurius huma l-blu u l-isfar.     
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Leo.  Namaste  

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’din l-ewwel ġimgħa tas-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser jagħmlek tirriffletti profondament aktar fik innifsek jekk int tridx tibqa miexi lejn aktar tkattir u iżjed stabbilta’.  Għaraf li dak li int tħoss ġewwa fik kompli twettqu iżda għandek iżomm bilanċ f'dak it-twettieq sabiex ma jkunx hemm xi konsegwenzi.  

  • Kuluri favoriti ma’ Pisces huma l-oranġjo u lewn id-deheb.    
  • Iż-żodjaku li jagħtik enerġija pożittiva ġej minn Scorpio. Namaste 

More in Oroskopju