Oroskopju | Is-seba' kombinazzjonijiet għaż-żodjaku ta' Leo

Iż-żodjaku mwassal mill-astroloġista PaulJon, mill-14 ta’ Awwissu sas-Sibt 20 ta’ Awwissu    

F’dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal il-kompatibilità li joffri dan iż-żodjaku ta’ Leo kemm liż-żewġ żodjaki ikkombinati miegħu jiġifieri iż-żodjaki ta’ Aries kif ukoll dak ta’ Sagittarius li flimkien jiffurmaw l-element tan-nar skond il-kombinazzjonijiet li ser ikunu qed iwasslu f’benefiċċju f’dawk l-aspetti partikolari. 

  1. L-ewwel pilastru f’dan iż-żodjaku hu l-kuraġġ.                                                          
  2. It-tieni pilastru f’dan iż-żodjaku hu l-għarfien.                                                
  3. It-tielet pilastru f’dan iż-żodjaku hu d-determinazzjoni.  

B’hekk nibda mill-ewwel kompatibilità taż-żodjaku ta’ Leo dwar il-kuraġġ fejn dan iż-żodjaku jikkombina tajjeb ma’ dawn is-seba’ żodjaki li huma dawn: Sagittarius: 95% Leo: 80% Capricorn: 75% Aries: 70% Gemini: 65% Aquarius: 55% u Cancer: 50%. 

L- Għarfien taż-żodjaku ta’ Leo ma’ l-aktar seba’ zodjaki li huma dawn: Leo: 90%, Virgo: 85% ,Sagittarius: 80%, Taurus: 70%, Aries: 65%, Gemini: 60% u Scorpio: 50%. 

L-aħħar pilastru f’dan iż-żodjaku ta’ Leo hu d-determinazzjoni kkombinata ma’ dawn is-seba’ żodjaki li huma dawn: Sagittarius: 90%, Aries: 85%, Leo: 80%, Sagittarius: 75%,Virgo: 70%, Gemini: 65% u Capricorn: 60%. 

L-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Aries ser jagħmlek tgħaraf aktar il-ħsibijiet u idejat li int tixtieq verament twettaq li ovvjament dawn jistgħu jħallu dak l-effett pożittiv fuqek.  Għalhekk issa għandek din l-opportunita’ fejn int trid tgħaraf taddatta sabiex dan żgur ser iwasslek għal dak is-sodisfazzjon tant meħtieġ. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Obsidian Blue. 
  • Aries huma magħrufin għal attenzjoni li kapaċi joffru. Namaste  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Taurus ser jagħmlek tgħaraf aktar kif għandek tibda tqassam il-bilanc tiegħek bejn il-karriera u bejn dawk ta’ madwarek u b'hekk int tkun qed tgħaraf twettaq it-tqassim b’mod aħjar.  Dan ser jagħmlek tgħaraf kemm il-ħajja ser tkun aħjar u kemm ser tkun kapaċi tilħaq il-miri tiegħek. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi s-Sapphire.  
  • Taurus huma magħrufin għall l-istabbilta tagħhom.  Namaste  

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Gemini ser ikun waqt ta’ rifflessjoni profonda bejn it-twettieq u l-ħin ta’ relass. Dan hekk kif l-isfidi li ser jibdew jikbru madwarek minnissa int tgħaraf tibda tilqa għal dan.  Għalhekk huwa dak il-mument opportun li tista’ tħejji aħjar għal pjan ta’ skeda li żgur b’hekk tgħaraf tkattar aktar maturita’ għal futur stabbli.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi t-Tiger's Eye Red. 
  • Gemini huma magħrufin għal flessibilta’ tagħhom.  Namaste  

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Cancer ser ikun il-mument idejali fejn int ser tgħaraf eżattament x'tixtieq.  Dan peress li bħalissa dħalt f’salib it-toroq u trid tgħaraf sew liema triq hi l-idejali għalik.  Għalhekk bl-għaqal għaraf liema waħda minn dawn it-toroq tħoss li tagħtik l-aħjar riżultat meħtieġ.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Moonstone. 
  • Cancer huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste  

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik l-istess Leo ser ikun il-mument ta’ kif int ser tanalizza fil-fond lejn dawk is-sitwazzjonijiet ta’ madwarek.  Ovvjament hawnhekk trid tgħaraf toqgħod attent aktar mis-soltu għax f'dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu ma jkunux dak li verament huma.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Vivianite. 
  • Leo huma magħrufin kemm huma persuni ta’ umiltà.  Namaste  

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Virgo ser jagħmlek tgħaraf aktar kif għandek tippjana b'mod aktar għaqli.  Għalkemm int magħruf li dejjem tkun iffokat dwar it-twettieq ta’ pjanijiet, issa għandek titla tarġa oħra u tkun aktar perfezzjonist fl-ippjanar tiegħek.  Żgur li b’hekk ser tkompli tevolvi fix-xhur li ġejjin. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi r-Rose Quartz. 
  • Virgo huma magħrufin li jservu ta’ għaqda.  Namaste  

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Libra ser ikun dak il-waqt li tibda’ tgħaraf aktar mill-viċin int min verament int. Inutli toqgħod toħloq ċertu sitwazzjonijiet sabiex tevita int min int.  Issa wasal il-waqt fejn int trid iżżid il-ħeġġa u l-kuraġġ sabiex tgħaraf aktar lilek innifsek u tkun aktar kunfidenti għal dak li hemm riesaq lejk.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Opal Fire. 
  • Libra huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom.  Namaste  

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Scorpio ser ikun il-mument ta’ aktar għarfien profond lejn deċiżjonijiet li hemm bżonn tanalizza sew u finalment tasal lejn id- deċiżjoni tajba għalik.  Issa ma tistax taħli aktar żmien, iddeċidi u ħares biss il-quddiem lejn dik l-istabbilita’ meħtieġa. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Jade Red. 
  • Scorpio huma magħrufin għal independenza tagħhom.  Namaste  

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Sagittarius ser ikun il-mument fejn ser jagħmlek tħossok aktar emozzjonali u sensittiv.  Għalkemm ser tħoss dan int trid tgħaraf iżomm bilanċ bejn l-emozjonijiet u s-sentimentaliżmu.  Jekk ma żommx dan il-bilanċ tista’ toħloq ċertu anzjeta’ żejda. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Carnelion. 
  • Sagittarius huma magħrufin għal abbilta’ organizzata tagħhom.  Namaste  

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Capricorn ser ikun il-mument fejn int ser tgħaraf aħjar kif tikkontrolla aktar il-pressjoni li bħalissa hemm iddur madwarek. Dan trid tgħaraf twettqu sabiex int ikollok aktar trankwillita’ u serenita’ f’dak li finalment verament tixtieq.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Agate Purple. 
  • Capricorn huma magħrufin għal gwida li kapaċi joffru.  Namaste  

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Aquarius ser iġib miegħu bosta tibdil fil-ħajja ta’ madwarek sabiex b’hekk int issa trid tgħaraf tadatta aħjar għal dak li hemm riesaq lejk.  Minn issa trid tgħaraf tkun aktar iffokat sabiex dawk l-opportunitajiet sbieħ li resqin lejk jagħtuk dik l-istabbilta’ mixtieqa. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Bloodstone. 
  • Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.   Namaste  

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta’ Leo għalik Pisces ser iġib miegħu bosta ċaqlieq lejk l-aktar fejn tidhol l-imħabba.  Ser ikollok bosta ħsibijiet li int tixtieq tibda twettaq, bħal aktar ħin u xi safra.  Għalhekk għaraf li temmen aktar fik innifsek u li tkun aktar disponibli fl-imħabba u dan jaf ikun biżżejjed.   

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Hematite. 
  • Pisces huma magħrufin għal abbilta’ u t-twemmin fihom infushom.  Namaste 

Għaraf kun taf aktar dwar iż-żodjaku tiegħek meta taqra l-aħħar ktieb ta’ PaulJon, ’’The 2022 - 2023 Horoscope fejn f’dan il-ktieb issib ħafna aktar informazzjoni nteressanti jew kull ma’ għandek tagħmel huwa li tibgħat ittra b’ismek u d-data ta’ twelid tiegħek fl-indirizz postali: PaulJon, ‘’ ILLUM ‘’  Po Box 27 Paola, jew tista’ tibgħat SMS fuq 79495804 / 99013600 kif ukoll tista’ żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste 

More in Oroskopju