Oroskopju | Il Qamar Kwinta fi żodjaku ta Cancer

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon... Mill-Ħadd 10 ta’ Lulju sas-Sibt 16 ta' Lulju

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April   

 F’dan il Qamar Kwinta  fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Aries ser ikun dak il-mument ta’ konċentrazzjoni dwar dak li huwa vera utli fil-ħajja ta’ madwarek.  Dan jaf iġelek twettaq ċertu tibdil anka dwar il-mod kif int iġib ruħek kemm mal-kolleggi, mal-ħbieb kif ukoll fl-imħabba, imma għaraf li tkun moderat għal mod ta’ dan it-tibdil meħtieġ. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.  Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Capricorn.  Nmasate   

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju  

 F’dan il Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Taurus ser ikun dak il-mument għal għarfien tal-inċertezza dwar dak li int qiegħed twettaq fil-ħajja ta’ madwarek.  Għalhekk int trid tgħaraf mill-aktar fis tkun aktar stabbili f'kull parti tal-ħajja ta’ madwarek għax inkella din il-fażi sejra tkun ta’ diffikulta għaż żmien pożittiv li hemm riesaq lejk.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.  Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Virgo. Namaste  

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’dan il Qamar Kwinta  fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Gemini ser ikun dak il-mument ta’ rifflessjoni profonda.  Din il-fażi ser toħloq ġewwa fik ċertu trankwillita li permez tagħha int ser tgħaraf ikollok aktar kontrol tiegħek ibnifsek dwar dak li int trid twettaq minn bosta opportunitajiet li hemm resqin lejk.  Għaraf u rreffletti sew. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste  

 Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’dan il Qamar Kwinta  fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik l-istess Cancer ser ikun dak il-mument ta’ aktar għarfien ta’ responsabbilta’ f'dak li hemm fil-madwar tiegħek kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-karriera tiegħek u wisq aktar fir-relazzjoni tiegħek.  B'għarfien ta’ din ir-responsabbilta’ ser tkun tgħaraf il-valur ta’ dawk is-sitwazzjonijiet li huma vijabli.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Libra. Namaste  

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu  

F’dan il Qamar Kwinta  fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Leo ser ikun dak il-mument ta’ aktar għarfien tal-potenzjal li int tipposedi u dan sabiex issarfu aktar fit-tkabbir għal dawk l-opportunitajiet li hemm resqin lejk.  Għalkemm int taħseb li l-pożizzjoni tiegħek hi waħda stabbilita xorta ma tistax is-serraħ tant rasek.  Għaraf dan.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Pisces.Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’dan il Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Virgo ser ikun dak il-mument ta’ aktar ħegga ġewwa fik u dan minħabba li dan l-aħħar kont qiegħed tħossok li waqajt f’monotonija.  Għalhekk il-ħeġġa li int ser tħoss f'dak kollhu li hemm fil-madwar tiegħek issa għaraf sabiex issaħħaħa għal dak li ġej b'aktar determinazzjoni. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Cancer. Namaste  

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’dan il Qamar Kwinta  fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Libra ser ikun dak il-mument ta’ aktar ħsibijiet dwar dak kollhu li jista’ jibda jinbidel, jitwettaq jew jittranġa fil-ħajja personali ta’ madwarek.  Għaraf biss li din il-fażi hi meħtieġa u opportunita tajba għal dak it-tkabbir meħtieġ f'dak li hemm riesaq lejk. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Taurus. Namaste  

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’dan il Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Scorpio ser ikun dak il-mument ta’ twettiq ta’ tibdil.  Dan it-tibdil ser ikun l-aktar ikkonċentrat għal mod kif kont qiegħed taħseb dwar ċertu sitwazzjonijiet personali u tibdil ukoll kif ser tibda tippjana għal aħjar dwar it-twettiq ta’ ħidma fil-karriera tiegħek.  Għaraf sew dan. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste  

Sagittarius mit-22 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’dan il Qamar Kwinta  fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Sagittarius ser ikun dak il-mument ta’ sfida għal dak li ġej, sfida għat twettiq ta’ dawk il-proġetti li hemm imfassla għalik. Kollox ma’  kollox dak li int ser tifaċċja fil-ħajja tiegħek ser ikun twettiq li akkost ta’ kollox int tasal fejn finalment tixtieq tasal għal ġejjini aħjar.    

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Gemini. Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

 F’dan il Qamar Kwinta  fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Capricorn ser ikun wieħed ta’ tqassim ta’ pjan għal dak li ġej madwarek u dan sabiex dak li riesaq lejk ikun imqassam b'mod li jkun effettiv u mingħajr ma’ jkun hemm xi forma ta’ tfixkil minħabba dak li jkun hemm bżonn jitwettaq.  Għalhekk għaraf żomm aktar bilanċ fit-twettieq.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Aries.  Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’dan il Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Aquarius ser ikun dak il-mument fejn int tgħaraf tadatta il-madwar tiegħek b'aktar kalmizza minn dak il-ġenn ta’ paniku li dan l-aħħar kont qiegħed tesperjenza.  Issa b'din il-fażi int ser tgħaraf aktar il-valur kollu ta’ dak li għandek madwarek sabiex b'hekk tissaħħaħ aktar.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.  Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Scorpio.  Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’dan il Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta’ Cancer għalik Pisces ser ikun dak il-mument ta’ aktar trankwillita’ fejn tista’ twasslek għal aktar spazju għal ħin madwarek.  Issa ħa ssib li f'daqqa waħda għandek ħin sabiex tmur xi passiġata, tmur il-gym jew xi forma ta’ rilass ieħor li int tħobb.  Għaraf li dan il-mument huwa meħtieġ għalik. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Iż-żodjaku li fil-mument joffrilek inspirazzjoni ġej minn Leo.  Namaste 

More in Oroskopju