Oroskopju | Bidu tar-raba' żodjaku ta' cancer

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon... Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

PaulJon l-awtur iwassal il-ħames pubblikazzjoni. 

THE 2022-2023 HOROSCOPE (L-aħħar parti)

Barra l-gwida tal-oroskopju xahar b’xahar int ser tkun qiegħed tesperjenza analiżi dwar il-fażijiet kemm tal-qamar kwinta kif ukoll fil-fażi tan-new moon ikkombinata ma’ kull żodjaku. Issib ukoll dak il-parrir partikolari dwar kull żodjaku, għandek ukoll il- konklużjoni ta’ kull xahar sabiex int tkun tista’ tgħaraf aħjar fejn tixtieq timxi. Issib ukoll l- aktar ġranet idejali , ix-xhur idejali. Issib l-aktar dati pożittivi għalik f’dak ix-xahar, il-kristalla ideali għalik u dak li jissejjaħ Cleansing meta jkun l-aktar ideajli għalik li dan int tista’ tatwaħ. 

Ikkombinanti ma’ kull xahar għandek żewġ faċċati ta’ persuni famużi li għadhom magħna li jiċċelebraw għeluq żmienhom miegħek kif ukoll żewġ faċċati ta’ persuni famużi li jiċċelebraw għeluq żmienhom miegħek iżda li ma għadhomx magħna. 

Nerġa niġi għal format ta’ dan il-ktieb li b’differenza meta ser tikteb ktieb fuq diversi suġġetti varji ovvjament trid twttaq ċertu riċerki. Biex tipprepara għal dan il-ktieb trid ħafna ħin ta’ meditazzjoni profonda sabiex tkun tista’ twassal dik il-gwida żodjaka profonda għal kull żodjaku , meta jitlesta tkun tista’ tgħaraf kemm verament huwa ktieb informattiv kemm għal dawk li jħobbu l-oroskopju u anke għal dawk li jħobbu l- astroloġija. 

Dan il-ktieb, The 2022-23 Horoscope jista’ jagħtik dik id-direzzjoni ta’ gwida li tkun tixtieq. Jien magħruf li nikteb b’ċertu dettal u hekk żammejt dan il-ktieb sabiex int tgħaraf kemm l-oroskopju huwa ta’ ispirazzjoni u ta’ gwida pożittiva f’kull aspett tal-ħajja.

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Aries ser jagħmlek tħossok aktar sensittiv minn dak li kont qiegħed tesperjenza.  Dan sabiex grazzi għal din il-fażi int tkun tista’ tejjeb aktar kemm l-imġieba tiegħek fl-imħabba kif ukoll ma’ dawk ta’ madwarek.  Dan ser jagħmlek tgħaraf kemm fil-passat kellek nuqqassijiet.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Aries huma l-blu u l-aħdar. 
  • Aries huma magħrufin għal abbilta’ organizzattiva tagħhom. Namaste. 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Taurus ser ikun iffisser għarfien aħjar ta’ kemm int tista’ tkattar il-kapaċita’ tiegħek mingħajr ma’ toħloq żbilanċ fil-madwar tiegħek.  Ovvjament dan irid isir bi pjan tajjeb sabiex waqt li int tkompli tissaħħaħ fl-istabilita tiegħek xorta ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet fil-madwar tiegħek.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Taurus huma l-kannella u l-blu. 
  • Taurus huma magħrufin għall-ispontanjeta’ tagħhom.  Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik  Gemini ser tkun fażi ta’ aktar għarfien ta’ organizzazjoni kemm għal dawk il-proġetti li int qiegħed tesperjenza u għal aktar attenzjoni ta’ organizazzjoni fil-ħajja personali tiegħek fejn minħabba ċertu pressjoni dan l-aħħar dan tħarbat.  Għalhekk għaraf organizza sew.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Gemini huma l-isfar u l-kannella. 
  • Gemini huma magħrufin bħala persuni ta’ kommunikazzjoni tajba.  Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik l-istess Cancer ser ikun waqt ta’ rifflessjoni ta’ kemm int qiegħed issib ħin għalik jew kemm qiegħed ikollok ħin sabiex int teżerċita dak li tħoss u dak li tixtieq.  Għalhekk issa huwa dak il-mument li int tgħaraf toħloq aħjar fomra ta’ skeda għalik personali.  Analizza.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Cancer huma l-blu u l-aħdar. 
  • Cancer huma magħrufin għall abbilta’ u t-twemmin fihom infushom.  Namaste.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Leo huwa mument li tgħaraf eżatt dak li huwa essenzjali għalik dak li huwa ta’ tkattir, dak li huwa ta’ benefiċċju sabiex dak li tgħaraf li ma  għandekx tgħaraf tieħu deċiżjoni sabiex il-ħin taddattaħ aħjar.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Leo huma l-isfar u lewn id-deheb. 
  • Leo huma magħrufin li huma nies umli u ta’ determinazzjoni.  Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Virgo huwa fażi li issa tidħol aktar fil-profond tiegħek.  Issa mhux dak il-mument ta’ xi rridu oħrajn minnek iżda x’inhu biss l-aħjar għalik.  Int qiegħed tgħaraf li għandek bżonn aktar spazju u aktar ħin għalik.  Għalhekk ħejji għal dan.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Virgo huma  l-isfar u blu. 
  • Virgo huma magħrufin għall indipendenza tagħhom.  Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Libra huwa mument ta’ għarfien u ta’ aktar pjannar b’għaqal.  Mill esperjenzi tal-passat tiegħek taf li kien hemm deċiżjonijiet magħġla li ma tawkx dak is-sodisfazzjon meħtieġ.  Għalhekk issa hemm bżonn tanalizza aktar l-ippjannar tiegħek.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Libra huma l-kannella u l-oranġjo. 
  • Libra huma magħrufin għall flessibilta’ tagħhom.  Namaste.

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru 

 F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Scorpio huwa l-waqt li l-passat tħallieħ warajk.  Issa hemm bżonn tgħaraf aħjar il-preżent għal futur tiegħek u dak li seħħ u ġara issa għadda.  Għalhekk għaraf biss li minn issa int kapaċi tibda twettaq.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Scorpio huma l-isfar u lewn id-deheb. 
  • Scorpio huma magħrufin għal burdata stabbili tagħhom. Namaste.

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru 

 F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Sagittarius huwa mument li jekk int għandek bżonn ta’ tibdiliet personali dawn għandom ikunu jibdew jiġu mwettqa sabiex b’hekk int tkun aktar komdu għal dak li hemm riesaq lejk.  Tibżax minn dan it-tibdil iżda ħares lejħ mill l-att ta’ tkattir pożittiv.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Sagittarius huma l-abjad u l-blu. 
  • Sagittarius huma magħrufin għal għarfien tagħhom lejn oħrajn. Namaste.

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Capricorn huwa mument utli għal mod kif ser tkun tista’ tibbilanċja bejn il-ħidma u l-ippjanar għal dik il-vaganza li tant ilek tixtieq.  Issa huwa żmien ideali sabiex dan tibda tippjanaħ sabiex kollox iseħħ bi pjannar għaqli.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Capricorn huma l-blu u r-roża. 
  • Capricorn huma magħrufin għad determinazzjoni tagħhom. Namaste.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Aquarius hija fażi li tgħaraf liema direzzjoni għandek tieħu miż-żewġ opportunitajiet li hemm iduru madwarek fil-preżent.  Int qiegħed f’mument ideali sabiex tieħu l-aktar direzzjoni vantaġġuża għalik.  Għalhekk wettaq rifflessjoni profonda. 

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Aquarius huma l-aħmar u l-kannella. 
  • Aquarius huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’dan il-bidu tar-raba żodjaku ta’ Cancer għalik Pisces huwa mument li tgħaraf kemm l-imħabba fiha toroq tqal tagħha.  Minħabba li issa wasalt għal dik id-deċiżjoni qiegħed tgħaraf li l-imħabba fiha l-iebes tagħha iżda int qiegħed f’pożizzjoni tajba sabiex tkompli ssaħħaħ din l-imħabba tant mistħoqqa għalik.  

  • Kuluri idejali fiż-żodjaku ta’ Pisces huma l-blu u l-oranġjo. 
  • Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju. Namaste.

More in Oroskopju