Oroskopju | It-Tielet Ġimgha fiż-Żodjaku ta’ GEMINI...

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 5 ta’ Ġunju sas-Sibt 11 ta’ Ġunju 

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju ippublikajt il-ħames ktieb tiegħi, ‘’The 2022-2023 Horoscope’’ għall-ewwel darba miktub bil-lingwa ngliża. Wara li publikajt erba’ kotba bil-lingwa Maltija ħassejt li kelli nesperimenta u nara kif immur f’din l-esperjenza ġdida sabiex b’hekk ikolli ideja aħjar x’jippreferu l-qarrejja. 

Bħal lum sena wassalt ir-raba ktieb ‘’PaulJon bl-Oroskopju Għalik’’ li kien suċċess u kelli ħafna kummenti sbieħ b’mod speċjali dawk li jħobbu jaqraw dwar l-Oroskopju. Sfortunatament hawn Malta ma ssib xejn dwar dan il-ġeneru u b’hekk żgur li ħafna ser ikollom aktar x’jaqraw f’din il-publikazzjoni ġdida. 

Ktieb li żgur kemm għal dawk li jħobbu jaqraw l-Oroskopju kif ukoll għal dawk li tiġihom il- kurżita’ dwar l-oroskopju żgur li dan huwa l-ktieb li jistħoqlu post fil-librerija tiegħek, ktieb li jista’ jitqies bħala djaru. Dan peress li għandek gwida xahar b’xahar ta’ kull żodjaku u dan sabiex int tgħaraf aktar fil-profond dik il-gwida li tkun meħtieġa lejn diversi aspetti fil- ħajja ta’ madwarek.  

L-Oroskopju huwa suġġett li joħloq kurżita, huwa segwit minn persuni ta’ kull livell tal-ħajja u ta’ kull eta’. Jagħddi kemm jagħddi żmien l-oroskopju jibqa’ suġġett imfittexx, jibqaż suġġett li joħloq ħafna diskussjonijiet b’temi differenti il-kontroversji ma jonqsux u f’dawn l-aħħar tlett snin hemm għaddej dibattitu jaħraq jekk l-oroskopju hux ser jibqa’ dak li nafuħ illum, iġifieri bi tnax il-żodjaku ! 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                                                                         

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Aries ser ikun mument ta’ aktar għarfien u għalhekk minn issa int għandek taħtaf din l-opportunita’ sabiex tgħaraf timxi aktar il-quddiem fil-karriera tiegħek.  Dan huwa mument fejn int kapaċi tgħaraf iżjed l-opportunitajiet li hemm resqin lejk.  Għalhekk int għandek tkun imħejji u ippreparat sew għal dan.  

  • Kuluri favoriti ma’ Aries huma l-oranġjo u l-griż. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Leo. Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Taurus ser tgħaraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament.  Għalhekk ikun tajjeb li f’dan il- perjodu iddur waħda sew madwarek sabiex meta aktar il-quddiem ser tkun f’mument ta’ pressjoni int tkun f’qagħda tajba sabiex it-twettieq ikompli miexi mingħajr l-ebda kumplikazzjonjiet.   

  • Kuluri favoroti ma’ Taurus huma l-blu u l-isfar. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Cancer. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik l-istess Gemini ser tpoġġik f’sitwazzjoni fejn trid tgħaraf toqgħod ferm attent dwar xi deċiżjonijiet li int trid twettaq dwar dak li hemm riesaq lejk.  Dan huwa perjodu mportanti għalik sabiex minn hawn il-quddiem int tkompli tavvanza l-quddiem fil-proġetti u l-idejat vasti li hemm madwarek.   

  •  Kuluri favoriti ma’ Gemini huma l-isfar u l-kannella. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Sagittarius. Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Cancer ser tpoġġik bejn ħaltejn bejn dak li kellek fil-passat għal dak li int għandek fil-preżent.  Dawn il-ħsibijiet jagħfu joħolqu fik ftit tal-konfużjoni.  Għalhekk int għandek tiffoka biss fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent sabiex b’hekk int tkompli tkattar aktar l-istabbilta’ u l-progress li tant tixtieq. 

  • Kuluri favoriti ma’ Cancer huma r-roża u l-blu. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aries. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Leo ser tkun forma ta’ eżami dwar kemm int tista’ tafda kemm lil ħbieb kif ukoll il-kollegi ta’ madwarek.  Dan huwa mument fejn int trid tgħaraf tkun kawt u tirriffleti fil-profond sabiex hekk tkun f’qagħda tajba li tgħaraf sew il-ġenwinita’ ta’ madwarek.    

  • Kuluri favoriti ma’ Leo huma l-isfar u lewn id-deheb. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Scorpio. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Virgo ser ikun perjodu li issa hemm bżonn tagħti dawra profonda lejn dawk il-ħtiġijiet personali tiegħek.  Għaraf li issa jista’ jkun mument ta’ rifflessjoni profonda għax-xhur li ġejjin.  Għalhekk trid tgħaraf tkun f’qagħda stabbli biżżejjed sabiex tgħaraf tieħu l-aħjar deċiżjonijiet li jkomplu jkattru l-istabbilta’ tiegħek. 

  • Kuluri favoriti ma’ Virgo huma l-aħdar u l-isfar. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Taurus. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Libra ser tagħmlek tgħaraf li minn issa int għandek tkun aktar iffokat u aktar attent minn dak li forsi soltu ma kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa.  Int ssa qiegħed f’qagħda aħjar għal ċertu deċiżjonijiet li ser ikollok tgħaraf tieħu u dan ser jawgura tajjeb sabiex int tkompli tkattar dik l-istabbilta’ tant meħtieġa. 

  • Kuluri favoriti ma’ Libra huma l-isfar u l-vjola. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Pisces. Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Scorpio ser ikun iffisser li int għandek trattab aħjar il-metodi li qiegħed taddatta fejn qiegħed tgħaraf li mhux qegħdin iħallu dak l-impatt meħtieġ.  Għalhekk f’dawn il-ġranet int trid terġa twettaq analiżi profonda sabiex toħloq pont ġdid bejn dak li għandek fil-preżent għal dak li hemm riesaq lejk.  

  • Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma l-iswed u l-kannella. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Libra.Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik l-istess Sagittarius ser ikun iffisser mument ta’ rifflessjoni profonda ta’ responsabbilta’ ġdida li issa int qiegħed tesperjenza.  Għalhekk għandek iżomm lilek innifsek aktar iffokatt u jekk int jirnexxielek twettaq dan ser tasal f’aktar sitwazjonijiet pożittivi sabiex b’hekk int tkompli tavvanza f’dak li int verament tixtieq.   

  • Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma l-aħmar u l-griz. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aquarius Namaste.

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Capricorn ser joffrilek opportunitajiet kemm lejn il-karriera tiegħek kif ukoll f’dawk is-sitwazzjonijiet personali.  Bħalissa l-aktar li qiegħed jispikka huwa l-karriera tiegħek fejn hemm ħafna tibdil u tkattir.  Dan ser jirriffletti tajjeb sabiex int tkun f’qagħda komda dwar proġetti avventurużi akar il-quddiem.   

  • Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma l-oranġjo u l-isfar. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Gemini. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Aquarius ser iffisser li int ser tgħaraf aktar stabbilta’ f’dak li int qiegħed tiffoka fuqu.  Issa int ser tkun iffokat fuq il-madawar tiegħek aktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is- sodisfazzjon meħtieġ.  Issa int trid tgħaraf li ż-żomm bilanċ mal-kumplament tal-madwar tiegħek.  

  • Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma l-isfar u l-oranġjo. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo. Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Pisces ser tgħaraf aktar l-abbilta’ u l-kapaċita tiegħek.  Għalkemm fil-passat dejjem imxejt fuq l-idejat ta’ l-oħrajn issa dan ser jintemm u int ser tgħaraf kemm għandek ħiliet u kapaċitajiet biżżejjed sabiex tasal fejn int verament tixtieq.  Dan ser jagħmlek aktar kunfidenti.  

  • Kuluri favoriti ma’ Pisces huma l-blu u l-isfar. 
  • Iż-Żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Capricorn. Namaste 

More in Oroskopju