Oroskopju | Il-Qamar Kwinta fiż-Żodjaku ta’ Taurus

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon | Il-Qamar Kwinta fiż-Żodjaku ta’ Taurus, mill-Ħadd 15 ta’ Mejju sas-Sibt 21 ta’ Mejju 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries ser tkun dik il-ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ ssib aktar spazju għalik innifsek.  Ix-xogħol huwa mportanti iżda l-ħin għar rilassament huwa bżonjuż għal saħħtek.  Għalhekk għaraf sib aktar ħin ta’ rilassament għalik. 

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. 

Aries huma magħrufin għal-abbilita’ organizzata tagħhom.  Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                      

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ ssib aktar lilek innifsek.  Dan ser ikun il-mument li jdaħħlek aktar fil-profond tal-madwar tiegħek.  Issa għandek iċ-ċans biex tanaliżża sew x’hemm bżonn li jitwettaq sabiex iċ-ċirku sħiħ tiegħek ikun wieħed li verament tixtieq.  Għalhekk wettaq b’għaqal.   

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni lejk ġej minn Capricorn. 

Taurus huma magħrufin għal-ispontanjeta’ tagħhom.  Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgha li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ ssib aktar lilek innifsek.  Din ser tkun fażi fejn trid tgħaraf tkun magħqud u determinat aktar sabiex tasal fejn tixtieq. Bħalissa qiegħed issib diffikulta’ sabiex tasal fejn verament tixtieq, għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek.   

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. 

Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgha li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ ssib aktar lilek innifsek.  Trid tgħaraf tkun aktar ibbilanċjat dwar dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent.  Xi kultant ma tridx tkun rasek iebsa u trid tgħaraf tifhem lil dawk ta’ madwarek sabiex wara tkun tista’ twettaq analiżi profonda u tasal għal dik il-konklużjoni. 

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni lejk ġej minn Taurus. 

Cancer huma magħrufin għal-abbilita’ u t-twemmin fihom infushom.  Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                    

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus  għalik Leo ser tkun dik il-ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ.  Dan huwa l-mument li int tgħarbel sewaw dak li hemm meħtieġ li jseħħ.  Tibżax minn dak li jista’ jseħħ wara dan.  Żgur li dan ser ikun ta’ tkattir f’dik l-istabbilta’ li tant tixtieq.  Għalhekk kun kuraġġuż u għaraf il-bidla. 

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. 

Leo huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.  Namaste  

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo hija ġimgħa li grazzi għal dan iż-żodjaku int tista’ ssib dak il-ħin għalik waħdek u tgħaraf eżattament x’inhu siewi għalik kemm għal ġimgħat li ġejjin kif ukoll għal futur tiegħek.  Ftakar li ż-żmien ma jistenna lil ħadd.  Analizza.  

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. 

Virgo huma magħrufin għal indipendenza tagħhom.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Libra huwa mument li għandek tgħaraf sew x’tista’ titgħallem mill-esperjenzi tal-passat.  Żgur li minn dawn hemm ħafna x’tista’ tgħaraf għal dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent.  Ma hemm xejn ħażin u dak li esperjenzajt tkun kapaċi twettqu fil-preżent basta minn aspett pożittiv. 

Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. 

Libra huma magħrufin għal-flessibbilita’ tagħhom.  Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’dan il-qamar kwinta  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio hija dik il-ġimgħa li ser iġġiblek dik il-ħeġġa u determinazzjoni li int tant għandek bżonn fil-preżent.  Iż-żmien ta’ monotonija issa ħallieħ warajk.  Issa għandek iċ-ċans tkattar dak li tħoss u għalhekk għaraf ikkonċentra fuq il-pjanijiet li għandek.  

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. 

Scorpio huma magħrufin għal-burdata stabbili tagħhom.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’dan il-qamar kwinta  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius hija ġimgħa li tgħaraf dak li huwa biss ta’ ġid għalik.  Ma tistax tibqa miexi fuq dak li ħaddieħor ikun qiegħed jitlob minnek.  Dan huwa l-waqt tiegħek biex tgħaraf timxi biss lejn dak li int tixtieq. 

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. 

Sagittarius huma magħrufin kemm huma nies umli.  Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

F’dan il-qamar kwinta  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn huwa dak il-mument li tkompli miexi ma’ dak li bdejt f’dawn il-ġimgħat.  Għalkemm għadek m’intix kunfidenti biżżejjed  ma tridx taqta’ qalbek għax fil-ġimgħat li ġejjin ser tgħaraf dik il-kuntentizza. 

Iż-żodjaku li ser jofrillek motivazzjoni ġej minn Aries. 

Capricorn huma magħrufin li jservu ta’ pont.   Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius hi ġimgħa fejn qiegħed taffaċċja diversi ċirkostanzi għalkemm bħalissa m’intix f’pożizzjoni tant tajba xorta waħda qiegħed tikumbatti.  Trid tibda ssolvi minn dawk iċ-ċirkostanzi l-aktar ibsin u żgur timtela b’aktar ħeġġa għal kumplament, imbasta tkun determinat.   

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo. 

Aquarius huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu.  Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’dan il-qamar kwinta  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces trid tagħmel analiżi profonda dwar it-tqassim finanzjarju tiegħek b’mod aktar bilanċjat.  Għadek fiċ-ċans li jkun hemm bilanċ aħjar fil-mod kif tqassam il-finanzi tiegħek.  Għaraf sew sabiex ma tgħaddix minn dak li esperjenzajt fil-passat.  Analizza. 

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjon gej min Aries. 

Pisces huma magħrufin għall-istabbilita’ tagħhom.  Namaste 

More in Oroskopju