Oroskopju | In-new moon taż-Żodjaku ta' Taurus

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista Paul Jon

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries jista’ jkun dak il-waqt idejali li tanalizza l-qagħda finanzjarja tiegħek.  Għalkemm int tgħaraf sew kif tikkontrolla l-finanzi tiegħek, dan l-aħħar bdejt tinnota ċertu laxkezza fl-infieq tiegħek u dan jaf joħloq żbilanċ finanzjarju fil-ġimgħat li ġejjin.  Għalhekk minn issa oħloq skeda għal aktar kontroll.  Analizza. 

Il-kristalla idejali għalik  hi l-Blue Topaz.
Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus huwa l-mument opportun għalik sabiex twettaq dak li tant ilek taħseb dwaru.  Ovvjament issa huwa dak il-waqt idejali għalik u dan meta int ser tkun tant mimli b’ħeġġa u determinazzjoni.  Għalhekk aħtaf dan il-waqt sabiex dak li twettaq ikun dak is-suċċess li tant jagħtik stabbilta’ futura.  Analizza. 

Il-kristalla idejali għalik  hi l-Fluorite. 
Taurus huma magħrufin għal-independenza tagħhom. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini huwa l-mument ta’ għarfien aħjar lejn il- ħajja personali tiegħek.  F’dawn l-aħħar xhur kont mehedi ħafna sabiex tara kif tagħmel lil dawk ta’ madwarek kuntenti u tara li ma jkunx jonqoshom xejn iżda issa wasal il-mument li tgħaraf x’ għandek bżonn sabiex titkattar u tisaħħaħ.  Irriffletti. 

Il-kristalla idejali għalik għal  hi s-Sapphire. 
Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer ser ikun dak il-waqt li ma taqtax qalbek għal dak it-tibdil li seħħ madwarek.  Issa li qiegħed tesperjenza dan trid tgħaraf aħjar kif għandek tikkombina kull tibdil li jseħħ madwarna u li dan iġib miegħu ċertu sagrifiċji u għalhekk bil- kapaċita’ li int għandek u dan għandek tiffaċjaħ b’aktar qlubija.  

Il-kristalla idejali għalik hi l-Moonstone. 
Cancer huma magħrufin għal-abbilta’ u t-twemmin fihom infushom. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Leo ser ikun dak il-mument li trid verament tagħraf liema hi l-aħjar direzzjoni għalik.  Jekk ser tibqa’ bħal qisek tilgħab m’intiex ser tasal imkien u dan żgur esperjenzajtu tul dawn l-aħħar ġimgħat.  Għalhekk f’dan il-bidu taż-żodjaku ġdid għandek l-opportunita’ li int tagħżel dik id-direzzjoni idejali.  

Il-kristalla idejali għalik  hi l-Jasper. 
Leo huma magħrufin għal-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste  

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru 

F’dan in-New Moon taż- żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo għandu jkun dak il-mument li jimlik b’aktar ħeġġa u determinazzjoni f’dak kollu li int għandek madwarek kemm mill-att ta’ karriera kif ukoll fl- imħabba tiegħek.  Dan jista’ jkun il-pont li jgħaqqad dak il-bilanċ li dan l-aħħar kien fuq l-iżbilanċ.  Għalhekk aħtaf dan il-mument.   

Il-kristalla idejali għalik  hi l-Onex. 
Virgo huma magħrufin għal-abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’dan in-New Moon taż- żodjaku ta’ Taurus għalik Libra huwa il-waqt opportun li tieqaf ftit mill-iskeda tiegħek sabiex tanalizza aħjar kemm dawk il-miri li rnexxielek tilħaq iżda biex tagħmel analiżi profonda dwar dawk il-miri li minħabba diversi raġunijiet ma rnexxielekx twettaqhom.  Issa għandek tieħu pawża żgħira sabiex b’hekk tkun f’qagħda li tista’ tikkonċentra aktar. 

Il-kristalla idejali għalik hi r-Rose Quartz. 
Libra huma magħrufin għal-ispontanjeta’ tagħhom. Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio trid tidħol aktar fil-fond ta’ qalbek sabiex tanalizza dak li int esperjenzajt fil-passat fl-imħabba u dan peress li qiegħed tħossok tersaq lejn l-istess esperjenza li għaddejt minnha fil-passat.  Għalhekk int għadek fil-ħin li tgħaraf u tanalizza sabiex dak ma jerġax jiġri l-istess.  Irriffletti. 

Il-kristalla idejali għalik  hi t-Tigers eye. 
Scorpio huma magħrufin għal-burdata stabbili tagħhom. Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittrius huwa dak il-mument li tgħaraf aħjar dawk ta’ madwarek, tgħaraf aħjar il-kollegi tiegħek u tara kif tista’ tkompli ttejjeb l-imġieba tiegħek magħhom u kif ukoll dawk l-għeżież li int tant tħobb.  Taf li hemm bżonn ta’ aktar għarfien u għalhekk trid wettaq dak li hemm meħtieġ.   

Il-kristalla idejali għalik hi t-Topaz. 
Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F'dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn huwa dak il-mument li tagħraf li s- suppervja mhux ser twasslek imkien.  Int tħossok verament imweġġa u dak li qiegħed tesperjenza mhux dak li ħaqqek.  Iżda tnejn ħżiena ma jagħmlux waħda tajba u għalhekk f’dan il-bidu taż- żodjaku int għandek turi sinjal ta’ ħbiberija.  Irrifletti.  

Il-kristalla idejali għalik  hi l-Yellow Topaz. 
Capricorn huma magħrufin għal-flessibbilta’ tagħhom. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius huwa dak il-mument ta’ għarfien lejn il- ħin għalik u lejn aktar ħin sabiex twettaq dak li huwa tant nieqes mill-ħajja ta’ madwarek, speċjalment ħin ta’ relassament, ħin ta’ mistrieħ jew altru.  Int taf li dawn l-aħħar xhur ma’ kellikx spazju għalik u għalhekk ieqaf ftit u għati nifs lilek innifsek.  

Il-kristalla idejali għalik  hi l-Amber. 
Aquarius huma magħrufin għall-flessibilta’ tagħhom. Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces ser jagħtik iċ-ċans sabiex tagħraf aktar fil- fond il-pożizzjoni tiegħek fil-ħidma li int qiegħed twettaq.  Tul dawn l-aħħar ġimgħat bdejt tħoss jekk għandikx tieqaf u tibda’ esperjenza ġdida.  Dan għandu jkun ta’ sfida ġdida għalik u għalhekk tajjeb li tagħmel rifflessjoni profonda. 

Il-kristalla idejali għalik  hi l-Cat’s eye. 
Pisces huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste 

More in Oroskopju