Oroskopju | Bidu tal-Tieni Żodjaku ta’ Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

L-Oroskopju mwassal minn Pauljon

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus  għalik  Aries għandek iċ-ċans sabiex twassal lilek innifsek aktar lejn dik id-direzzjoni tant meħtieġa.  Għalkemm forsi tul dawn l-aħħar ġimgħat qdift kontra kull kurrent taqtax qalbek. Xorta waħda trid iżomm dik id-determinazzjoni ġewwa fik għax dak li hemm lest għalik ser ikun madwarek.  Wettaq rifflessjoni profonda. 

Kuluri favoroti ma’ Aries huma l-oranġjo u l-kannella.
L-aktar jum ideali għalik  huwa Tnejn. Namaste

 
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus ser tkun qed iwasslek b’mod aktar dirett lejn dak li hemm fil-profond ta’ qalbek.  Forsi f’dawn l-aħħar ġimgħat int minħabba diversi raġunijiet ma’ ħassejtekx komda li tesprimi dak li hemm ġewwa fik.  Għalhekk issa huwa l-waqt li int twassal dak li tixtieq tesprimi.  Għamel kuraġġ.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma l-isfar u l-abjad.
L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Namaste


Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus  għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa partikolari li int għandek tinġabar ftit fil-madwar tiegħek u tgħaraf aħjar dawk in-neċessitajiet li int tixtieq.  Tagħtix kas jekk ser ikun hemm min ma jaqbilx ma’ dak li int tista’ tiddeċidi.  Issa wasal dak il-mument li tgħaraf biss dak li hu ta’ ħtieġa għalik.  Għalhekk wettaq rifflessjoni profonda. 

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma l-isfar u l-vjola.
L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Namaste


Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer tista’ tkun dik il-ġimgħa li taqleb dak kollu li kont fil-ħsieb li twettaq, dan għax f’daqqa waħda is-sitwazzjoni ta’ madwarek inbidlet u ma’ kontx qiegħed tistenna dan.  Iżda dan m’għandux jitfek lura f’dak li tixtieq. Għalhekk analizza sew u għaraf sew dan kollu u taf toħroġ aktar b’saħħtek.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma l-blu u l-oranġjo.
L-aktar jum ideali għalik  huwa l-Erbgħa. Namaste

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus għalik Leo ser tkun qegħda tagħmlek tgħaraf aħjar kemm l-imħabba hija ta’ valur.  Għalkemm fil-mument qiegħed tesperjenza sitwazzjoni kkomplikata, dan għandu jservik aktar sabiex int tgħaraf aħjar il-valur ta’ l-imħabba.  Xorta waħda tgħaġġilx u xorta waħda żomm lilek innifsek kawt.  Imxi b’moħħok.

Kuluri favorit ma’ Leo huma l-abjad u l-aħmar.
L-aktar jum ideali għalik  huwa l-Erbgħa.  Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo ser tkun ġimgħa li ser iddaħlek fil-fażi ta’ għarfien profond dwar il-madwar komplut tiegħek.  Ser tkun ġimgħa ta’ għarfien profond bejn l-esperjenzi passati u bejn l-esperjenzi preżenti sabiex finalment tkun aktar ippreparat għal dak li hemm riesaq lejk.  Żomm lilek innifsek iffokat.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma l-oranġjo u l-isfar.
L-aktar jum ideali għalik  huwa s-Sibt. Namaste


Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus  għalik Libra ser tkun tfisser għalik li issa trid taqbad direzzjoni.  F’dawn l-aħħar ġimgħat int bħal qisek inqbadt ġo ħafna truf li jistgħu jkunu fuq diversi aspetti tal-ħajja tiegħek. Għalhekk issa sib tarf tal-kobba sabiex tkun aktar stabbli.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma l-kannella u l-griż.
L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Namaste                                                                          

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus  għalik Scorpio ser tagħtik ċans tieħu pawża li bħalissa int żgur għandek bżonn.  Ilek ittella’ u tniżżel sabiex tieqaf ftit minn dak kollu li għaddej madwarek għax taf li bħal qisek mhux issib tarf ta’ dak kollu li int qiegħed tesperjenza.  Għalhekk dan huwa l-waqt għal dik il-pawża.  

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma l-blu u l-isfar.
L-aktar jum ideali għalik  huwa l-Ġimgħa.  Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius ser tagħmlek tanalizza aktar mhux dak li ħaddieħor jixtieq minnek iżda dak li int tgħaraf li hu tajjeb għalik.  Hemm bżonn li minn issa tieħu direzzjoni ġdida, direzzjoni li tibqa tmexxi dak li tixtieq int u mhux bil-kontra.  Dan huwa dak il-mument idejali u għalhekk aħtfu. 

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma l-oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis.  Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus  għalik Capricorn huwa dak il-mument ta’ aktar ħidma fit-tmexxija finanzjarja tiegħek.  Tul dawn l-aħħar ġimgħat bdejt tinnota li l-finanzi bdew sejrin kontra l-kalkulazzjonjiet tiegħek u għalhekk minn issa trid tgħaraf eżatt l-infieq li qiegħed twettaq. Hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni sabiex ma’ taqax f’xi sitwazzjoni delikata.  Attenzjoni.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma r-roża u l-isfar.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.  Namaste

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius trid tagħti kas mhux dak li esperjenzajt fil-passat iżda dak li għaddej minnu fil-preżent.  Jekk int għamilt dak li stajt u wettaqt dak li kien hemm mitlub minnek u xorta tinsab fl-istess sitwazzjoni għallura għandek twettaq rejazzjoni mhux bil-fors b’ċertu qawwa iżda b’dak l-għerf sabiex u b’hekk tħossok aktar int.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma l-aħmar u l-vjola.
L-aktar jum ideali għalik  huwa t-Tlieta.  Namaste

 

More in Oroskopju