L-Oroskopju ta’ new moon taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio

Mill-Ħadd 15 ta’ Novembru sas-Sibt 21 ta’ Novembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Aquarius ser jipprovdilek li int trid tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din tal-inqas ma tikkawżalekx ħsara madwarek. Din it-taqbida li taf jekk ma ssibx tarf tagħha taf toħloq problemi madwarek, żgur bħalissa mhux il-mument għal dan. Agħraf kun ippreparat.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Scorpio

Aquarius huma magħrufin bħala nies li jimxu mal-mument. 

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Pisces ser jipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf tnaqqas minn pressjoni ta’ ħidma li int involut fiha. Dan minħabba li m’intix qiegħed tlaħħaq ma’ dak kollu li hemm madwarek barra li bla ma taf qed toħloq ċertu tensjoni madwarek li mhux tkun ta’ benefiċċju għalik. Għalhekk agħraf sib aktar bilanċ. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Leo 

Pisces huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Aries ser jipprovdilek sfida fil-ħajja ta’ madwarek sabiex int tagħraf hux vijabbli timxi ma’ dak li int għandek fil-preżent jew tinbeda ħajja kompletament ġdida. Minn issa ’l quddiem int trid tibda tagħraf iżjed kif ser tibda tmexxi l-madwar b’mod aktar għaqli, għandek żmien tajjeb riesaq lejk. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Capricorn 

Aries huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. 

Namaste

Taurus mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Taurus ser ikun żmien li trid tagħraf aktar l-impenn fl-imħabba. Trid tagħraf kif ser ittiha dak l-ispazju li verament jixirqilha inkella jekk dan m’intix ser tagħrfu jista’ jkollok l-istess sitwazzjonijiet li esperjenzajt fil-passat li żgur mhux fl-interess tiegħek terġa’ ġġarrbu. Għalhekk agħraf. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Libra

Taurus huma magħrufin għas-sensittività tagħhom 

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Gemini għandu jservi ta’ pont ta’ għaqda bejn dak li dan l-aħħar qisek tlift il-kontroll għal ma’ dak li hemm fil-fatt riesaq lejk. Int trid tagħraf kemm il-ħajja ta’ madwarek hi aħjar, ta’ valur u ta’ aspirazzjoni għal dak li hemm imħejji għalik. Għalhekk taqtax qalbek iżda kun aktar immotivat. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin bħala nies ta’ gwida. 

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Cancer ser jipprovdilek li int trid tagħraf tkun ċar dwar eżattament x’verament trid fil-ħajja personali tiegħek, li qed tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn. Anzi taf li b’hekk xorta waħda llum jew għada trid taffaċċja r-realtà. Għalhekk dan huwa l-mument ideali sabiex tpoġġi lilek innifsek f’dik it-triq ideali. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Aquarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata pożittiva tagħhom

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Leo ser ikun ta’ riflessjoni fuq il-ħajja kompluta ta’ madwarek. Wasal il-mument sabiex tagħmel xi rtokki personali. Grazzi għal dawn l-irtokki, ser tkompli tikber u tissaħħaħ u tagħraf aktar il-madwar tiegħek u l-potenzjal li għandek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta 

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Aries

Leo huma magħrufin bħala nies ta’ moral effettiv

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Virgo ser jagħmlek tagħraf ittejjeb ħidmietek, tara x’hemm bżonn aktar li jkun vijabbli għalik u dak li mhux naqqsu. Għalkemm issa int ser tiffoka aktar fuq il-karriera, grazzi għal dan int tista’ wkoll tagħraf issib aktar bilanċ, kemm madwarek u hekk tagħraf kemm verament tista’ tkun aħjar. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Cancer

Virgo huma magħrufin bħala nies li kapaċi jħaddnu

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Libra ser ikun perjodu li jagħtik motivazzjoni kemm personali u anke fil-karriera tiegħek. Dan ser iwasslek li f’laqgħa inti ser tingħata aspirazzjoni aktar f’dak li tkun qed twettaq fil-ġimgħat li ġejjin. Żomm lilek innifsek iffokat sabiex dak li hemm riesaq lejk ikompli jsaħħaek. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Taurus

Libra huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom.

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Scorpio ser jagħmlek tagħraf aktar il-bżonnijiet tiegħek. Forsi ilek ma tagħmel xi forma ta’ riflessjoni fuq il-bżonnijiet personali tiegħek. Dan huwa perjodu li jagħtik dik il-bidla għal skeda ġdida biex tkompli tħossok immotivat. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Pisces

Scorpio huma magħrufin bħala nies immotivati

Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’    Sagittarius ser iwasslek biex tieħu deċiżjoni verament iebsa sabiex b’hekk ser isservi sabiex jinfetħu ċertu bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin, issa se tara kemm verament kapaċi tibni karriera aktar immexxija minnek u mhux il-ħajja tkun addattata għalik. Tibżax minn dan il-pass. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Virgo

Sagittarius huma magħrufin bħala nies sensittivi

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

F’dan in-new moon għaż-żodjaku ta’   Capricorn ser jistimulak fit-tmexxija għaqlija. Ser jagħtik il-furtuna li jista’ jkin li kienet naqset xi ftit minn madwrek sabiex tagħraf tmexxi lilek innifsek lejn dak li huwa ideali għalik. B’hekk issa ser terġa’ tagħraf li int kapaċi tħares ’il quddiem b’aktar ottimiżmu. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Iż-żodijaku li joffrilek kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Gemini

Capricorn huma magħrufin għall-fehma soda 

Namaste

More in Oroskopju